ACER tgħin biex fis-suq uniku Ewropew, il-gass u l-elettriċità jaħdmu sew. Tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-funzjoni regolatorja tagħhom fil-livell Ewropew u, fejn ikun hemm bżonn, tikkoordina ħidmiethom.
B’mod iktar speċifiku, ACER:
- tikkomplementa u tikkoordina l-ħidma tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
- tgħin fit-tfassil tar-regoli tan-netwerk Ewropew
- fejn ikun xieraq, tieħu deċiżjonijiet individwali li jorbtu fuq it-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess u s-sigurtà funzjonali tal-infrastruttura bejn il-fruntieri
- tagħti konsulenza lill-Istituzzjonijiet Ewropej dwar kwistjonijiet marbuta mal-elettriċità u l-gass naturali
- tissorvelja s-swieq interni tal-elettriċità u l-gass naturali u toħroġ rapporti fuq is-sejbiet
- tissorvelja s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa biex tiskopri u twarrab l-abbuż tas-swieq, b'kollaborazzjni mill-qrib tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (bdiet din il-funzjoni fl-2012 skont ir-Regolament tal-UE 1227/2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (REMIT).
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
- Sit web
- https://www.acer.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +386 8 205 34 00
- Numru tal-faks
- +386 8 205 34 13
- Indirizz postali
- Trg republike 3, 1000 Ljubljana, Slovenia