Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)

Logo of European Union Aviation Safety Agency

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa
  • Direttur: Patrick Ky
  • Membri: 27 pajjiż tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, l-Iżvizzera, in-Norveġja
  • Imsieħba: l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
  • Stabbilita: fl-2002
  • Numru ta’ persunal: 840
  • Lokalità: Cologne (il-Ġermanja)
  • Sit web:Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) hi responsabbli biex tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.

Dak li tagħmel

Ir-rwol tal-EASA jinkludi:

  • l-armonizzazzjoni tar-regolamenti u taċ-ċertifikazzjoni
  • l-iżvilupp tas-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE
  • it-tfassil ta’ regoli tekniċi dwar l-avjazzjoni
  • it-tip ta’ ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti tagħhom
  • l-approvazzjoni ta’ kumpaniji li jiddisinjaw, jimmanifatturaw u li jagħmlu l-manutenzjoni tal-prodotti aeronawtiċi
  • il-provvediment ta’ sorveljanza u ta’ appoġġ lill-pajjiżi tal-UE (p.e. dwar l-operazzjonijiet bl-ajru, il-maniġment tat-traffiku tal-ajru)
  • il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u tas-sikurezza globali
  • il-ħidma mal-partijiet ikkonċernati internazzjonali biex tittejjeb is-sikurezza fl-Ewropa (p.e. il-“lista tas-sikurezza tal-ajru tal-UE” – lista ta’ operaturi pprojbiti).

Min jibbenefika

Il-komunità tal-avjazzjoni ċivili Ewropea u internazzjonali:

  • l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
  • l-operaturi tal-ajru u l-linji tal-ajru
  • il-manifatturi/id-disinjaturi Ewropej tal-inġenji tal-ajru u tal-partijiet tagħhom
  • il-kumpaniji tal-manutenzjoni
  • il-piloti kummerċjali u privati
  • l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ approvati
  • iċ-ċentri aeromedikali
  • il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
  • l-ajruporti

Prodotti ta’ inġenji tal-ajru u aeronawtiċi koperti:

  • il-jets ta’ daqs medju u kbar
  • l-inġenji tal-ajru turboprop
  • l-inġenji tal-ajru ħfief
  • l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ rotatorji (ħelikopters, gyroplanes)
  • l-inġenji tal-ajru ħfief għall-isport (balloons, gliders, airships, drones ċivili)
  • il-magni, l-iskrunijiet, is-simulaturi tat-titjir
  • uħud mill-inġenji tal-ajru militari (p.e. l-A400M airlifter)

Ara wkoll

Bulettin ta’ informazzjoni

Kuntatt

l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)

Sit web
Email
Numru tat-telefown
+49 221 8999 000
Numru tal-faks
+49 221 8999 099
Indirizz postali
Konrad-Adenauer-Ufer 3, 50668 D-50668 Köln, Germany