Ħarsa ġenerali
- Rwol: Tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa
- Direttur Eżekuttiv: Florian Guillermet
- Membri: 27 pajjiż tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, l-Iżvizzera, in-Norveġja
- Sħab: l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
- Stabbilita: fl-2002
- Numru ta’ staff: 800+
- Lokalità: Cologne (il-Ġermanja)
- Sit web: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) hi responsabbli biex tiżgura s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.
X’tagħmel
Ir-rwol tal-EASA jinkludi:
- l-armonizzazzjoni tar-regolamenti u taċ-ċertifikazzjoni
- l-iżvilupp tas-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE
- it-tfassil ta’ regoli tekniċi dwar l-avjazzjoni
- it-tip ta’ ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti tagħhom
- l-approvazzjoni ta’ kumpaniji li jiddisinjaw, jimmanifatturaw u li jagħmlu l-manutenzjoni tal-prodotti aeronawtiċi
- il-provvediment ta’ sorveljanza u ta’ appoġġ lill-pajjiżi tal-UE (p.e. dwar l-operazzjonijiet bl-ajru, l-immaniġġar tat-traffiku tal-ajru)
- il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u tas-sikurezza globali
- il-ħidma mal-partijiet ikkonċernati internazzjonali biex tittejjeb is-sikurezza fl-Ewropa (p.e. il-“lista tas-sikurezza tal-ajru tal-UE” – lista ta’ operaturi pprojbiti).
Min jibbenefika
Il-komunità tal-avjazzjoni ċivili Ewropea u internazzjonali:
- l-awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni ċivili
- l-operaturi tal-ajru u l-linji tal-ajru
- il-manifatturi/id-disinjaturi Ewropej tal-inġenji tal-ajru u tal-partijiet tagħhom
- il-kumpaniji tal-manutenzjoni
- il-piloti kummerċjali u privati
- l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ approvati
- iċ-ċentri aeromedikali
- il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
- ajruporti
Prodotti ta’ inġenji tal-ajru u aeronawtiċi koperti:
- il-jets ta’ daqs medju u kbar
- l-inġenji tal-ajru turboprop
- l-inġenji tal-ajru ħfief
- l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ rotatorji (helicopters, gyroplanes)
- l-inġenji tal-ajru ħfief għall-isport (balloons, gliders, airships, drones ċivili)
- il-magni, l-iskrunijiet, is-simulaturi tat-titjir
- uħud mill-inġenji tal-ajru militari (p.e. l-A400M airlifter)
Aktar informazzjoni
Kuntatt
Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
- Isem
- Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
- Sit web
- https://www.easa.europa.eu/
- infoeasa [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +49 221 8999 000
- Numru tal-faks
- +49 221 8999 099
- Indirizz postali
Konrad-Adenauer-Ufer 3
50668 D-50668 Köln
Germany