Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jimmaniġġja l-euro, iżomm il-prezzijiet stabbli u jmexxi l-politika ekonomika u monetarja tal-UE
- President: Christine Lagarde
- Membri: Il-President u l-Viċi-President tal-BĊE u l-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE.
- Stabbilit fi: 1998
- Post: Frankfurt (il-Ġermanja)
- Sit web: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jimmaniġġja l-euro u jfassal u jimplimenta l-politika ekonomika u monetarja tal-UE . L-għan ewlieni tiegħu hu li jżomm il-prezzijiet stabbli, biex b'hekk jappoġġja t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.
X’jagħmel il-BĊE?
- Jistabbilixxi r-rati tal-imgħax li bihom il-banek kummerċjali jistgħu jissellfu fiż-żona tal-euro, biex jiġu kkontrollati l-massa monetarja u l-inflazzjoni
- Jimmaniġġja r-riżervi tal-munita barranija taż-żona tal-euro u x-xiri jew il-bejgħ tal-muniti biex jibbilanċja r-rati tal-kambju
- Jiżgura li s-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu ssorveljati sew mill-awtoritajiet nazzjonali, u li s-sistemi ta' pagament jaħdmu tajjeb
- Jiżgura s-sikurezza u s-solidità tas-sistema bankarja Ewropea
- Jawtorizza l-produzzjoni tal-karti tal-euro mill-pajjiżi taż-żona tal-euro
- Jissorvelja t-tendenzi fil-prezzijiet u jevalwa r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet
Lista sħiħa tal-kompiti tal-BĊE
Kompożizzjoni
Il-President tal-BĊE jirrappreżenta lill-Bank f'laqgħat internazzjonali u ta' livell għoli tal-UE. Il-BĊE għandu dawn it-3 korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet:
- Il-Kunsill Governattiv – il-korp ewlieni għat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Jikkonsisti fil-Bord Eżekuttiv (ara hawn taħt) u l-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro. - Il-Bord Eżekuttiv – jittratta mat-tmexxija ta' kuljum tal-BĊE.
Jikkonsisti fil-President u l-Viċi President tal-BĊE u 4 membri oħra maħtura għal termini ta' 8 snin mill-mexxejja tal-pajjiżi taż-żona tal-euro. - Ir-rwol tal-Kunsill Ġenerali hu aktar wieħed konsultattiv u ta' kooperazzjoni.
Jikkonsisti fil-President u l-Viċi President tal-BĊE u l-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE.
Kif jaħdem il-BĊE?
Il-BĊE jaħdem mal-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE. Flimkien dawn jiffurmaw is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.
Din tmexxi l-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali fiż-żona tal-euro. Din hi magħrufa bħala s-Sistema tal-Euro.
Il-ħidma tal-korpi governattivi
- Il-Kunsill Governattiv – jivvaluta l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji, jiddefinixxi l-politika monetarja taż-żona tal-euro u jiffissa r-rati tal-imgħax li bihom il-banek kummerċjali jistgħu jissellfu l-flus mill-BĊE.
- Il-Bord Eżekuttiv – jimplimenta l-politika monetarja, jimmaniġġja l-operazzjonijiet ta' kuljum, jipprepara l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u jeżerċita setgħat delegati lilu mill-Kunsill Governattiv.
- Il-Kunsill Ġenerali – jikkontribwixxi għall-ħidma konsultattiva u ta' koordinazzjoni u jgħin lill-pajjiżi l-ġodda jħejju ruħhom biex jingħaqdu maż-żona tal-euro.
Il-BĊE u int
Tista' tikkuntattja lill-BĊE bl-email għal informazzjoni teknika jew promozzjonali.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- Sit web
- Numru tat-telefown
- +49 69 13 44 0
- Numru tal-faks
- +49 69 13 44 60 00
- Indirizz postali
- Sonnemannstrasse 20, 60314 Frankfurt-am-Main, Germany
- Media soċjali