Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-EEA hija ċ-ċentru tal-għarfien tal-Ewropa għall-ambjent, il-klima u s-sostenibbiltà.
- Direttur: Leena Ylä-Mononen
- Sħab: Il-pajjiżi tal-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, it-Turkija u l-Iżvizzera
- Stabbilita fi: 1990 (operazzjonali mill-1994)
- Numru ta’ staff: 300
- Post: Copenhagen
- Sit web: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi għarfien u data biex tappoġġja l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Ewropa. F’kollaborazzjoni man-network sieħeb tagħha, Eionet, l-EEA tinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-pubbliku dwar l-istat tal-ambjent tal-Ewropa, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet usa’ ta’ sostenibbiltà.
X’tagħmel
Il-kompiti ewlenin tal-EEA huma definiti fir-regolament fundatur tal-UE u jinkludu:
- l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-proċessi globali ewlenin;
- l-offerta ta’ għarfien espert analitiku;
- il-provvista u ż-żamma ta’ infrastruttura ta’ rapportar effiċjenti għall-flussi ta’ data nazzjonali u internazzjonali.
Min jibbenefika
Il-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-EEA huma:
- il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u istituzzjonijiet oħra tal-UE
- il-gvernijiet u awtoritajiet nazzjonali oħra fl-istati membri
- l-NGOs, ir-rappreżentanti tan-negozju u l-gruppi ta’ riflessjoni
- il-komunitajiet akkademiċi u xjentifiċi
Udjenza importanti ħafna hija wkoll il-pubbliku ġenerali. L-Aġenzija għandha l-għan li tinforma lill-pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali u tat-tibdil fil-klima.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
- Isem
- L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
- Sit web
- https://www.eea.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +45 33 36 71 00
- Numru tal-faks
- +45 33 36 71 99
- Indirizz postali
Kongens Nytorv 6
1050 København K
Denmark- Media soċjali