Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-ETF tappoġġja l-iżvilupp tal-bniedem fil-pajjiżi ġirien
- Direttur: Cesare Onestini
- Stabbilita fi: 1994
- Numru tal-persunal: 130
- Post: Turin (l-Italja)
- Sit web: ETF
Fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tgħin lill-pajjiżi ġirien jisfruttaw bl-aħjar mod il-kapaċitajiet u l-ħiliet tan-nies tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u tas-suq tax-xogħol tagħhom.
X’tagħmel
L-ETF tappoġġja l-iżvilupp tal-bniedem f’29 pajjiż sieħeb (l-Ewropa tax-Xlokk u t-Turkija, l-Ewropa tal-Lvant, in-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran u l-Asja Ċentrali). Hi tgħin bit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki u programmi biex:
- tippromwovi l-mobilità soċjali u l-inklużjoni soċjali
- tirriforma l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ
- tibbilanċja aħjar il-kapaċitajiet ta’ dawk is-sistemi mad-domandi tas-suq tax-xogħol.
Dan ifisser li l-Fondazzjoni ssostni l-isforzi tal-pajjiżi sħab biex jikkultivaw politiki effettivi bbażati fuq l-evidenza li jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ċivika u l-benesseri, jimmodernizzaw il-provvediment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u jqabblu dik id-dispożizzjoni mad-domanda tas-suq tax-xogħol, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Hi tappoġġja wkoll it-twassil tal-assistenza tal-UE lill-pajjiżi sħab tagħha permezz ta’ input espert fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-azzjoni u l-appoġġ tal-UE għal djalogu dwar il-politika.
L-attivitajiet tal-Fondazzjoni huma deskritti fid-dokument ta’ programmar tagħna.
Min jibbenefika
Il-ħaddiema mħarrġa u kwalifikati li għandhom ċans ikbar li jsibu impjieg f’pajjiżhom, li jagħmilhom inqas vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, il-faqar u l-migrazzjoni irregolari.
Il-pajjiżi sħab isiru aktar prosperi u stabbli, bil-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għall-kummerċ u l-investiment.
Il-pajjiżi tal-UE ikollhom opportunitajiet li jirreklutaw ħaddiema kwalifikati li jiġu lejn l-Ewropa b’mod regolat aħjar, biex jimtela l-vojt fil-ħiliet maħluq bil-bidliet demografiċi.
Ara wkoll
Katalgu tal-pubblikazzjonijiet
Kuntatt
Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
- Isem
- Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
- Sit web
- https://www.etf.europa.eu/mt/translated-content/documents/
- Numru tat-telefown
- +39 011 630 22 22
- Numru tal-faks
- +39 011 630 22 00
- Indirizz postali
Villa Gualino Viale Settimio Severo 65
10133 Torino TO
Italy- Media soċjali