Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union
  • Aġenzija jew korp għall-politika estera u ta' sigurtà komuni

Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà (EUISS)

European Union Institute for Security Studies

Ħarsa ġenerali

  • Ir-rwol tiegħu: li jipprovdi analiżi tal-kwistjonijiet tal-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża
  • Direttur: Steven Everts
  • Stabbilit fis-sena: 2002
  • Persunal: 40
  • Lokalità: kwartieri ġenerali f’Pariġi (Franza), b’uffiċċju ta’ kollegament fi Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: EUISS

X’jagħmel l-EUISS

L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà (EUISS) huwa l-grupp ta’ riflessjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE. Jipprovdi analiżi kritika u għarfien biex jinforma l-għażliet strateġiċi tal-UE.

Il-missjoni tiegħu hija li:

  • janalizza: iwettaq riċerka u analiżi rigorużi biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’fehim ċar u komprensiv tax-xenarju tas-sigurtà globali
  • jgħarraf: joffri rakkomandazzjonijiet rilevanti għall-politika biex jissawru politiki effettivi tal-UE dwar l-affarijiet barranin, is-sigurtà u d-difiża
  • jgħaqqad: iservi bħala pont bejn id-dinja tal-ideat (il-gruppi ta’ riflessjoni tal-Ewropa u l-komunità akkademika) u d-dinja tat-tfassil tal-politika (l-UE u l-uffiċjali tal-Istati Membri).

Min jibbenefika

Bħala parti mill-missjoni tiegħu, l-EUISS jipproduċi pubblikazzjonijiet aċċessibbli għall-pubbliku dwar kwistjonijiet barranin, ta’ sigurtà u ta’ difiża li jsawru l-aġenda strateġika tal-UE.

L-avvenimenti tiegħu jagħtu spinta lill-kapaċità analitika tal-UE u jgħinu biex jissawru approċċi komuni. Dawn l-avvenimenti jiġbru flimkien lill-uffiċjali tal-UE, lill-esperti nazzjonali, lill-akkademiċi, lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lill-media u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri tal-UE, u l-bqija tad-dinja.

Aktar informazzjoni

Pubblikazzjonijiet

Attivitajiet

Kuntatt

L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà

Isem
L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà
Sit web
https://www.iss.europa.eu/
Email
infoatiss [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+33 1 56 89 19 30
Numru tal-faks
+33 1 56 89 19 31
Indirizz postali

100 Avenue de Suffren
75015 Paris
France

Media soċjali