Mur għall-kontenut ewlieni
European Economic and Social Committee - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Korp konsultattiv li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess
  • President: Oliver Röpke
  • Membri: 329 mill-pajjiżi kollha tal-UE
  • Stabbilit: 1957
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa korp konsultattiv tal-UE magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess. Huwa joħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-UE u lill-Parlament Ewropew, u b’hekk jaġixxi bħala pont bejn l-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet u ċ-ċittadini tal-UE.

X’jagħmel il-KESE?

Hu jagħti lil gruppi ta’ interess leħen formali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE. It-3 kompiti ewlenin tiegħu huma li:

  • jiżgura li l-politika u l-liġi tal-UE huma mmirati lejn kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali billi jfittex kunsens li jaqdi l-ġid komuni
  • jippromwovi UE parteċipattiva billi jagħti leħen lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess u billi jiżgura djalogu magħhom
  • jippromwovi l-valuri tal-integrazzjoni Ewropea, u jiffavorixxi l-kawża ta' demokrazija parteċipattiva u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Kompożizzjoni

Il-membri tal-KESE jirrappreżentaw il-varjetà tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa kollha, inklużi n-negozji, it-trade unions u interessi oħra. Huma nnominati mill-gvernijiet nazzjonali u maħtura mill-Kunsill tal-UE għal terminu ta' 5 snin li jista' jiġġedded. L-għadd ta' membri għal kull pajjiż jiddependi mill-popolazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Il-KESE jeleġġi l-President tiegħu u 2 Viċi Presidenti għal terminu ta' sentejn u nofs. Il-membri jappartjenu għal wieħed minn tliet gruppi:

  • impjegaturi
  • ħaddiema
  • gruppi oħra ta’ interess (eż. bdiewa, konsumaturi)

Kif jaħdem il-KESE?

Il-KESE huwa kkonsultat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar varjetà ta' suġġetti. Huwa joħroġ ukoll opinjonijiet fuq inizjattiva proprja.

Il-membri jaħdmu għall-UE, indipendentement mill-gvernijiet tagħhom. Huma jiltaqgħu 9 darbiet fis-sena. L-opinjonijiet huma adottati b’vot ta’ maġġoranza sempliċi.

Il-laqgħat huma ppreparati mit-taqsimiet speċjalizzati tal-KESE u mill-kummissjoni konsultattiva dwar il-bidliet industrijali. Il-gruppi ta’ riflessjoni speċjalizzati tal-KESE (magħrufa bħala “osservatorji”) isegwu l-progress tal-istrateġiji tal-UE.

Il-KESE jżomm kuntatt mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali reġjonali u nazzjonali mal-UE kollha - l-aktar biex jaqsam l-informazzjoni u jiddiskuti kwistjonijiet partikolari.

Il-KESE u int

Il-KESE jorganizza avvenimenti tal-arti, taż-żagħżagħ u oħrajn biex iqarreb liċ-ċittadini tal-UE lejn xulxin.

Aktar Informazzjoni

Min hu min

Opinjonijiet u dokumenti

Pubblikazzjonijiet

Ċentru ta’ Informazzjoni tal-KESE

Żur il-KESE

Impjiegi

Kuntatt

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Isem
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Sit web
https://www.eesc.europa.eu/mt
Numru tat-telefown
+32 2 546 90 11
Numru tal-faks
+32 2 546 90 11
Indirizz postali
Rue Belliard/Belliardstraat 99, 1040 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali