Ħarsa ġenerali
- Rwol: Tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE biex jimplimentaw is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil billi tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika.
- Direttur Eżekuttiv: Is-Sinjura Nina Gregori
- Stabbilita: fl-2022
- Numru ta’ staff: 500+
- Post: Valletta, Malta
- Sit web: EUAA
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) hija aġenzija deċentralizzata tal-UE li tipprovdi appoġġ operazzjonali u tekniku, u taħriġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE. Dan jgħinhom jimplimentaw il-liġi tal-UE dwar l-ażil u jġibu konverġenza akbar fil-proċedimenti tal-ażil u l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza.
X’tagħmel
L-EUAA toffri firxa wiesgħa ta’ appoġġ operazzjonali u tekniku lill-pajjiżi tal-UE. Bl-għan li ġġib konverġenza akbar fil-prattiki tal-ażil u tal-akkoljenza fl-UE kollha, f’konformità mal-istandards għoljin tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), l-Aġenzija tista’:
- tiskjera malajr assistenza operazzjonali lil pajjiżi tal-UE li jiffaċċjaw pressjoni migratorja
- tuża Riżerva ta’ Intervent għall-Ażil permanenti ta’ 500 uffiċjal nazzjonali li huma disponibbli għall-Aġenzija u li jistgħu jiġu skjerati malajr fi kwalunkwe post fl-UE.
- tibni kurrikulu wiesa’ ta’ taħriġ dwar l-ażil għall-uffiċjali nazzjonali, biex tikseb l-għan tagħha li ssir il-korp ta’ akkreditazzjoni tal-UE għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni internazzjonali
- tipproteġi d-drittijiet fundamentali ta’ dawk li jfittxu ażil billi:
- taħtar “Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali”
- tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ilmenti
- issaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs
- ittejjeb il-koordinazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu billi:
- taħtar uffiċjal ta' kollegament f’pajjiżi li mhumiex fl-UE
- taħdem mal-awtoritajiet f’pajjiżi li mhumiex fl-UE biex tgħin fil-bini tal-kapaċità tal-ażil u tal-akkoljenza f’konformità mal-liġi internazzjonali.
Minn Diċembru 2023, l-Aġenzija se tibda timmonitorja kif il-pajjiżi tal-UE jimplimentaw il-liġi tal-UE dwar il-prattiki tal-ażil u tal-akkoljenza. It-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet se jibda dakinhar li r-Regolament ta’ Dublin jiġi sostitwit jew aġġornat b’xi mod ieħor.
Min jibbenefika?
Dawk li jibbenefikaw prinċipalment huma l-uffiċjali u l-prattikanti li jaħdmu mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE u li huma responsabbli:
- għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil u l-protezzjoni internazzjonali
- għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza adegwati.
Barra minn hekk, l-Aġenzija tħejji u tipprovdi informazzjoni imparzjali dwar l-istat tal-ażil u l-migrazzjoni fl-UE, kemm lil udjenzi speċjalizzati kif ukoll lill-pubbliku usa’.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)
- Isem
- L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)
- Sit web
- https://www.euaa.europa.eu/
- info
euaa [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +356 22487500
- Indirizz postali
- Winemakers Wharf, Malta MRS 1917, Malta
- Media soċjali