Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union
  • Organizzazzjoni deċentralizzata

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Logo of European Union Agency for Fundamental Rights (FRA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: tipprovdi parir ibbażat fuq evidenza dwar id-drittijiet fundamentali
  • Direttur: Sirpa Rautio
  • Sena meta twaqqfet: 2007
  • Kemm għandha impjegati: 105
  • Post: Vjenna (l-Awstrija)
  • Sit web: FRA

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tipprovdi pariri indipendenti bbażati fuq l-evidenza lill-UE u lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet nazzjonali, u b’hekk tgħin sabiex jinħolqu dibattiti, politiki u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali aktar infurmati u immirati.

X’jagħmel

Tagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali, b’mod partikulari f’dawn l-oqsma:

  • id-diskriminazzjoni
  • l-aċċess għall-ġustizzja
  • ir-razziżmu u ksenofobija
  • il-protezzjoni tad-data
  • id-drittijiet tal-vittmi
  • id-drittijiet tat-tfal.

L-Aġenzija għandha l-għan li tgħin biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet fundamentali b’mod aktar effettiv fl-UE kollha. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni qiegħda tikkonsulta u tikkoopera mal-imsieħba tagħha dwar:

  • il-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni u tad-data permezz ta’ riċerka legali u soċjali
  • l-ipprovdir ta' assistenza u l-parir minn esperti
  • il-komunikazzjoni u l-qawmien ta' għarfien tad-drittijiet.

Min jibbenefika

L-FRA żżomm kooperazzjoni kontinwa mal-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE, tipprovdilhom parir espert indipendenti u analiżi tad-drittijiet fundamentali. Hi waqqfet networks u stabbilit rabtiet ma’ msieħba fil-livelli kollha, sabiex il-parir u r-riċerka tagħha jistgħu jilħqu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-gvernijiet nazzjonali u fl-UE.

L-FRA żżomm b’mod partikulari relazzjonijiet ta’ ħidma mill-qrib:

Aktar informazzjoni

Pubblikazzjonijiet u riżorsi

Proġetti ta’ riċerka

Programm ta’ ħidma annwali

Qafas Multiannwali għall-2018-2022

Pjan Strateġiku tal-FRA 2018-2022

Drittijiet fundamentali: sfidi u kisbiet

L-aħħar aħbarijiet u avvenimenti

Kuntatt

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Isem
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
Sit web
http://fra.europa.eu/mt
Numru tat-telefown
+43 1 580 30 0
Numru tal-faks
+43 1 580 30 699
Indirizz postali

Schwarzenbergplatz 11
1040 WIEN
Austria

Media soċjali