Skip to main content

Il-Bandiera Ewropea - It-test biss tal-infografika

Il-bandiera Ewropea tissimbolizza kemm lill-Unjoni Ewropea kif ukoll, b'mod aktar ġenerali, l-identità tal-Ewropa. Matul is-snin, saret l-aktar simbolu rikonoxxibbli ta' identità Ewropea.

Simboliżmu u elementi grafiċi

Ċirku ta' stilel tad-deheb

  • L-għaqda, is-solidarjetà u l-armonija fost il-popli tal-Ewropa

Numru 12

  • Simbolu ta' perfezzjoni, kompletezza
  • Mhux relatat mal-għadd ta' pajjiżi membri

Kuluri

  • Stilel tad-deheb fl-isfond ta' sema blu

L-istorja tal-bandiera Ewropea

8 ta' Diċembru 1955

L-ewwel adozzjoni tal-bandiera mill-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem distinta mill-UE.

11 ta' April 1983

Il-Parlament Ewropew jipproponi li l-Komunitajiet Ewropej (KEE), predeċessuri tal-UE, jużaw il-bandiera.

28-29 Ġunju 1985

Il-Kunsill Ewropew jadotta d-disinn tal-bandiera Ewropea, bl-istatus uffiċjali ta' logo, għall-KEE.

29 ta' Mejju 1986

Il-bandiera Ewropea tittella' għall-ewwel darba barra l-bini Berlaymont, is-sede tal-Kummissjoni Ewropea.

Novembru 2015

Tinħareġ munita kommemorattiva tal-euro biex tiċċelebra t-30 sena tal-bandiera tal-UE.