Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Il-euro madwar id-dinja

L-euro barra ż-żona tal-euro

L-euro hija t-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja għat-teħid b’self, l-għoti b’self u r-riżervi tal-banek ċentrali. 

Tintuża wkoll bħala munita uffiċjali jew de facto kif ukoll bħala munita “ankra” minn għadd ta’ reġjuni ġeografikament barra mill-Ewropa, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji ekstra-Ewropej tal-UE: 

  • Azores u Madeira (il-Portugall)
  • il-Gżejjer Kanarji (Spanja)
  • Ceuta u Melilla (Spanja)
  • il-Guyana Franċiża
  • il-gżejjer Franċiżi fil-Karibew
  • Majott u Réunion (Franza)
  • Saint Pierre u Miquelon (Franza) 

Flimkien maż-żona tal-euro, l-euro hu wkoll il-munita ta’ xi pajjiżi li mhumiex fl-UE

  • l-Andorra
  • il-Kosovo*
  • il-Montenegro
  • Monaco
  • San Marino
  • il-Belt tal-Vatikan 

Is-sistema monetarja stabbli tal-euro tagħmilha munita “ankra” attraenti: diversi pajjiżi u territorji li huma barra kemm iż-żona tal-euro kif ukoll l-UE rabtu l-muniti tagħhom mal-euro. F’xi każijiet, dan isir permezz ta’ ftehim bilaterali mal-pajjiżi taż-żona tal-euro, filwaqt li f’oħrajn hi deċiżjoni unilaterali tal-pajjiż ikkonċernat. 

*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.