Ħarsa ġenerali
- Rwol: tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE
- Direttur Amministrattiv: Vincent Jamin
- Membri: Kulleġġ tal-Eurojust, membru nazzjonali wieħed minn kull pajjiż
- Stabbilita: 2002
- Numru ta’ staff: 270
- Post: The Hague (in-Netherlands)
- Sit web: Eurojust
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali billi tagħti appoġġ prattiku lill-prosekuturi fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera serja u t-terroriżmu.
X’tagħmel
Il-Eurojust tgħin lill-pajjiżi membri tal-UE jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata serja billi toffri numru ta’ servizzi, billi:
- tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li jinvolvu tal-anqas żewġ pajjiżi
- tgħin biex jissolvew kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni
- tiffaċilita l-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali tal-UE, bħall-Mandati ta’ Arrest Ewropej, l-Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej u l-konfiska u l-iffriżar tal-ordnijiet / taċ-ċertifikati.
Biex tagħmel dan, il-Eurojust:
- torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni
- tgħin biex jiġu stabbiliti u ffinanzjati skwadri ta’ investigazzjoni konġunta (SIK)
- torganizza ċentri ta’ koordinazzjoni li minnhom jitmexxew jiem ta’ azzjoni konġunta kontra n-networks kriminali f’ħin reali
- tospita Prosekuturi ta’ Kollegament minn pajjiżi terzi u żżomm network globali ta’ Punti ta’ Kuntatt, li joffri aċċess għal ġurisdizzjonijiet madwar id-dinja.
Hi tospita wkoll is-Segretarjati tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), in-Network ta’ Esperti Nazzjonali dwar l-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta (in-Network SK) u n-Network għal investigazzjoni u għal prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti ta’ gwerra (in-Network Ġenoċidju). Barra minn hekk, il-Eurojust tappoġġja n-Network Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità, gruppi fokali ta’ prosekuturi speċjalizzati dwar il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, u timplimenta diversi programmi u proġetti, bħall-Programm tal-Ġustizzja Kriminali Diġitali, iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna (ICPA), EuroMed Justice, il-Proġett IPC u WB CRIM JUST.
Min jibbenefika
L-awtoritajiet nazzjonali huma s-sħab ewlenin tal-Eurojust. L-Aġenzija tiġbor flimkien lill-prosekuturi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u atturi oħrajn, u tippermettilhom jiġġieldu kontra l-kriminalità transfruntiera serja u t-terroriżmu. Fl-aħħar mill-aħħar, huma ċ-ċittadini tal-UE li jibbenefikaw, peress li l-ħidma tal-Eurojust tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sikura għal kulħadd.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
European Union Agency for Criminal Justice Cooperation
- Isem
- European Union Agency for Criminal Justice Cooperation
- Sit web
- https://www.eurojust.europa.eu/
- infoeurojust [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +31 70 412 50 00
- Numru tal-faks
- +31 70 412 50 05
- Indirizz postali
Johan de Wittlaan 9
2517 JR Den Haag
Netherlands