Mur għall-kontenut ewlieni
  • Aġenzija deċentralizzata

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

European Institute for Gender Equality (EIGE) logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: jipproduċi riċerka indipendenti u jikkondividi l-aħjar prattika biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jelimina d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru
  • Direttur: Carlien Scheele
  • Stabbilit: 2010
  • Staff: 50
  • Post: Vilnius (il-Litwanja)
  • Sit web: Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

X’jagħmel

Bħala l-aġenzija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni Ewropea aħna:

  • Nipprovdu riċerka, niġbru u nanalizzaw data dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b’perspettiva intersezzjonali
  • Niżviluppaw metodi biex intejbu l-istatistika dwar il-ġeneri u l-ġbir tad-data
  • Nikkomunikaw id-data u l-informazzjoni komparabbli u affidabbli tagħna b’approċċ ibbażat fuq it-tama
  • Inkejlu l-istat tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri
  • Niżviluppaw għodod metodoloġiċi u nipprovdu appoġġ tekniku għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE u nazzjonali
  • Nikkooperaw mal-istituzzjonijiet tal-UE; l-Istati Membri; l-organizzazzjonijiet internazzjonali; l-NGOs; l-organizzazzjonijiet ta’ opportunitajiet indaqs; l-universitajiet u l-esperti; iċ-ċentri ta’ riċerka; is-sħab soċjali u l-korpi relatati; il-media u l-aġenziji assoċjati tal-UE tagħna
     

Il-prodotti tal-EIGE jinkludu dawn li ġejjin:

 

Min jibbenefika

Bħala ċ-ċentru tal-għarfien Ewropew dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-EIGE:

  • Jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u msejsa fuq l-evidenza li jqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
  • Jiċċentralizza l-informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-akkademja, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-sħab soċjali.
  • Jipprovdi ispirazzjoni għal kull min hu interessat fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Aktar Informazzjoni

Aħbarijiet u avvenimenti tal-EIGE

Impjiegi fl-EIGE

Kuntatt

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Isem
Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Sit web
https://eige.europa.eu/mt/in-brief
Email
eige [dot] secateige [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+370 5 215 7400
Indirizz postali

Gedimino pr. 16
01103 Vilnius Lietuva
Lithuania

Media soċjali