Skip to main content

Ċipru

Cyprus flag

Ħarsa ġenerali lejn is-sistema politika ta’ Ċipru, id-daqs u l-kompożizzjoni tal-ekonomija tiegħu, il-munita u l-lingwi tiegħu, ir-rappreżentanza fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif jikkontribwixxi għall-baġit tal-UE u kif jibbenefika mill-proġetti u l-finanzjament tal-UE.

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Nikosija

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Grieg

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2008

Schengen: Ċipru jinsab fil-proċess li jissieħeb fiż-żona Schengen.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Ċipru hu repubblika presidenzjali. Il-president hu l-kap tal-istat u tal-gvern. Minkejja li ssieħeb fl-UE bħala gżira maqsuma de facto, Ċipru kollu hu territorju tal-UE. Iċ-Ċiprijotti Torok li għandhom, jew huma eliġibbli għal, dokumenti tal-ivvjaġġar tal-UE huma ċittadini tal-UE. Il-liġi tal-UE hi sospiża f’żoni fejn il-Gvern Ċiprijott (il-Gvern tar-Repubblika) ma jeżerċitax kontroll effettiv. Ċipru għandu żewġ ilsna uffiċjali: il-Grieg u t-Tork; il-Grieg biss hu lingwa uffiċjali tal-UE.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Ċipru fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21.4%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (20.8%) u l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ appoġġ (11.3%).

Il-kummerċ intra-UE jammonta għal 34% tal-esportazzjonijiet ta’ Ċipru (il-Greċja 9% u n-Netherlands 5%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fil-Liberja u 9% fir-Renju Unit.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 59% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Greċja 22% u l-Italja 8%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu mir-Renju Unit u 6% miċ-Ċina.

Ċipru fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew minn Ċipru. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Ċipru

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-Gvern ta' Ċipru, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Ċiprijotti:

Lulju-Diċembru 2012

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Ċipru għall-Kummissjoni Ewropea hi Stella Kyriakides, li hi responsabbli għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Ċipru

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Ċipru jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Ċipru, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm iħallas u jirċievi Ċipru?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Proġetti ffinanzjati mill-UE f'Ċipru 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Ċipru jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Ċipru jibbenefika mill-finanzjament tal-UE.