Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Vilnius
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Litwan
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004
Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2015
Schengen: membru taż-żona Schengen mill-21 ta’ Diċembru 2007.
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist
Is-sistema politika
Il-Litwanja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li jaħtar lill-prim ministru. Il-Parlament huwa korp leġiżlattiv unikamerali. Il-pajjiż huwa maqsum f’60 muniċipalità, b’sindki eletti direttament.
Il-kummerċ u l-ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Litwanja fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (29.9%), l-industrija (20.5%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (16.1%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 56% tal-esportazzjonijiet tal-Litwanja (il-Latvja 9%, il-Ġermanja 8%, u l-Polonja 6%), filwaqt li barra mill-UE 13% jmorru fir-Russja u 4% fl-Istati Uniti u r-Renju Unit.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 71% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja u l-Polonja 13% u l-Latvja 8%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu mir-Russja u 4% miċ-Ċina.
Il-Litwanja fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mil-Litwanja. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Litwanja
Il-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Litwan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Litwani:
Lulju-Diċembru 2013
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat mil-Litwanja għall-Kummissjoni Ewropea hu Virginijus Sinkevičius, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd.
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Litwanja
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
Il-Litwanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Litwanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Baġits u Finanzjament
Kemm tħallas u tirċievi l-Litwanja?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Litwanja
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Litwanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif il-Litwanja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.