Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Is-sistema politika

Il-Portugall huwa repubblika semi-presidenzjali. Il-prim ministru hu l-kap tal-gvern. Il-president li huwa l-kap ta’ stat għandu s-setgħa li jaħtar il-prim ministru u membri oħra tal-gvern.

Il-pajjiż huwa amministrattivament maqsum fi 308 muniċipalitajiet, maqsumin fi 3,092 parroċċa ċivili. Operazzjonalment, l-uniċi unitajiet amministrattivi lokali legalment identifikabbli huma l-muniċipalità u l-parroċċa ċivili, u l-gvern nazzjonali.

Il-kummerċ u l-ekonomija

Il-PDG per capita tal-Portugall ta’ €27,900 jikklassifika taħt il-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 1.5% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)

Il-Portugall fl-UE

Baġits u finanzjament

Kemm iħallas u jirċievi l-Portugall mill-UE?  

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, kompetittiva u ta’ suċċess. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.  

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li jkunu parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

 

Proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Portugall 

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif il-Portugall jibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.