Mur għall-kontenut ewlieni

Protezzjoni tad-data personali tiegħek

Operazzjoni ta’ proċessar: DĠ Komunikazzjoni – Formoli għall-Feedback tal-Utent

Kontrollur tad-Data: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Strateġija u Komunikazzjoni Korporattiva, Unità “Komunikazzjoni tal-Web Europa”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-01064

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa ulterjorment id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data b’rabta mal-Formoli għall-Feedback tal-Utent, imwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-unità “Komunikazzjoni tal-Web Europa” tagħha qed tiġi ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-unità “Komunikazzjoni tal-Web Europa” tad-DĠ Kommunikazzjoni (minn hawn’ il quddiem imsejħa l-Kontrollur tad-Data) tiġbor feedback mingħand l-utenti dwar il-kontenut jew il-funzjonament ta’ siti magħżulin tal-Kummissjoni Ewropea, u tas-sit web interistituzzjonali europa.eu bl-għan li ttejjeb il-komunikazzjoni online tal-Kummissjoni Ewropea u li tipprovdi servizz online aħjar lill-utenti/ċittadini.

Il-feedback jista’ jiġi pprovdut b’mod anonimu, iżda għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens biex tirċievi aktar informazzjoni u biex tiġi kkuntattjat għal kjarifiki.

F’każ ta’ inklużjoni fakultattiva, id-data tiegħek tinġabar permezz ta’ “EU Survey” (ospitati fuq servers tal-Kummissjoni) u sussegwentement ikkopjati b’mod manwali fuq spreadsheet, maħżuna fuq drive kondiviża fuq l-operat tan-network tad-DĠ.

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għat-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet, inkluż it-tfassil ta’ profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, billi:

- is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew aktar.

Dan hu skont ir-Regolament tal-UE 2018/1725 tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, b’mod partikolari l-artikolu 5(1).

Li tinforma l-pubbliku ġenerali permezz ta’ komunikazzjoni online hu kompitu li jirriżulta mill-prerogattivi proprji tal-Kummissjoni Ewropea fil-livell istituzzjonali, kif previst fl-Artikolu 58(2) (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2018/1046 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Kommunitajiet Ewropej (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens biex tirċievi aktar informazzjoni u biex tiġi kkuntattjat għal kjarifiki u aktar informazzjoni.

F’każ ta’ opt-in niġbru u nipproċessaw biss data li hi meħtieġa għal aktar kuntatti, jiġifieri: l-isem u l-indirizz tal-email.

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

Id-data personali tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu għall-feedback ipprovdut permezz tal-formoli online fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-ipproċessar ta’ data personali u mhux aktar minn sentejn (2) mid-data tas-sottomissjoni tal-feedback.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’forma elettronika tinħażen jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq dawk tal-kuntratturi tagħha skont il-Kuntratt Qafas PO/2016/20/A5. L-operazzjonijiet ta’ proċessar kollha jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ proċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“RĠPD” ir-Regolament (UE) 2016/679).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Tali staff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu wkoll possibbli għall-istaff tal-kuntratturi responsabbli għat-Testijiet tas-Servizzi Online f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

L-informazzjoni li niġbru mhi se tingħata lil ebda parti terza oħra, ħlief sal-punt u għall-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Meta applikabbli, għandek id-dritt ukoll li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom hi mogħtija fl-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ proċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Kontrollur tad-Data

Jekk trid tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data personali tiegħek maħżuna mis-sit web Europa u s-subsiti tiegħu, tista’ tikkuntattja lill-unità tal-Komunikazzjoni ta’ Europa Web fid-DĠ Komunikazzjoni.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICERatec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsatedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.

Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet ta’ proċessar kollha tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-link li ġej: https://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ proċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-reġistrazzjoni li ġejja: DPR-EC-01064.