Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea
- Membri: Il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-pajjiżi tal-UE, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
- President: Charles Michel
- Stabbilit: fl-1974 (forum informali), fl-1992 (status formali), fl-2009 (istituzzjoni uffiċjali tal-UE)
- Post: Brussell (il-Belġju)
- Sit web: Kunsill Ewropew
Il-Kunsill Ewropew jgħaqqad flimkien lill-mexxejja tal-UE biex jistabbilixxu l-aġenda politika tal-UE. Dan jirrappreżenta l-ogħla livell ta’ kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri tal-UE.
Wieħed mis-7 istituzzjonijiet uffiċjali tal-UE, il-Kunsill Ewropew jieħu l-forma ta' laqgħat tas-summit (normalment trimestrali) bejn il-mexxejja tal-UE, ippreseduti minn president permanenti.
X’jagħmel il-Kunsill Ewropew?
- jiddeċiedi fuq id-direzzjoni ġenerali u l-prijoritajiet politiċi – iżda ma jgħaddix liġijiet
- jittratta kwistjonijiet kumplessi jew sensittivi li ma jistgħux jiġu riżolti f'livelli aktar baxxi ta' kooperazzjoni intergovernattiva
- jistabbilixxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni, waqt li jqis l-interessi strateġiċi u l-implikazzjonijiet tad-difiża tal-UE
- jinnomina, jaħtar u jagħżel kandidati eletti għal ċerti rwoli bi profil għoli fil-livell tal-UE, bħall-BĊE u l-Kummissjoni
Għal kull kwistjoni, il-Kunsill Ewropew jista’:
- jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel proposta biex tindirizzaha
- jgħaddiha lill-Kunsill tal-UE biex jindirizzaha hu.
Kompożizzjoni
Il-Kunsill Ewropew hu magħmul mill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-pajjiżi kollha tal-UE, mill-President tal-Kunsill Ewropew, u mill-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Hu msejjaħ u ppresedut mill-President tiegħu, li hu elett mill-Kunsill Ewropew stess għal terminu ta' sentejn u nofs li jista' jiġġedded darba biss. Fost affarijiet oħrajn, il-President jirrappreżenta lill-UE mad-dinja ta’ barra.
Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew?
Normalment jiltaqa' 4 darbiet fis-sena – iżda l-President jista' jsejjaħ laqgħat addizzjonali biex jindirizza kwistjonijiet urġenti.
Ġeneralment jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet b'kunsens – iżda f'xi każijiet b'unanimità jew b'maġġoranza kkwalifikata. Il-kapijiet ta’ Stat/Gvern biss jistgħu jivvutaw.
Il-Kunsill Ewropew u int
Tista' tagħmel mistoqsijiet ġenerali dwar il-ħidma tal-Kunsill Ewropew lis-Servizz tal-Informazzjoni Pubblika.
Aċċess għad-dokumenti
Aġenda tal-President tal-Kunsill Ewropew
Kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
- Isem
- European Council
- Sit web
- https://www.consilium.europa.eu/mt/
- Numru tat-telefown
- +32 2 281 61 11
- Numru tal-faks
- +32 2 281 69 34
- Indirizz postali
- Rue de la Loi/Wetstraat 175, 1048 Bruxelles/Brussel, Belgium
- Media soċjali