Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol tgħin biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, tikkoordina l-ispezzjonijiet konġunti, twettaq analiżijiet u valutazzjonijiet tar-riskju dwar kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u tagħti servizz ta' medjazzjoni f'tilwim bejn il-pajjiżi tal-UE
- Direttur Eżekuttiv: Cosmin Boiangiu
- Maħluqa: fl-2019
- Għadd ta’ staff: 144 sal-2024
- Sit web: ELA
X'tagħmel?
L-ELA tippromwovi xogħol aġli u effiċjenti, li jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ffaċċjati fl-oqsma koperti mir-Regolament. L-ELA:
- tgħin tiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv
- tagħmilha aktar faċli għall-individwi u n-negozji biex jaħsdu l-frott tas-suq uniku
- tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex ir-regoli jiġu infurzati b’mod effettiv.
L-ELA kienet stabbilita fil-31 ta’ Lulju 2019. Hu mistenni li tkun operazzjonali b’mod sħiħ sal-2024.
Min jibbenefika?
- Individwi
- Negozji
- Organizzazzjonijiet Ewropej, reġjonali u nazzjonali
Kuntatt
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol
- Isem
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol
- Sit web
- https://www.ela.europa.eu/mt
- Media soċjali