Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jappoġġja l-politiki tal-UE u jipprovdi servizzi ta’ pubblikazzjoni lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE
- Direttur Ġenerali: Is-Sa Hilde Hardeman
- Stabbilit fi: 1969
- Numru ta’ staff: 615
- Post: Il-Lussemburgu
- Sit web: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE
X’jagħmel
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huwa l-fornitur uffiċjali tas-servizzi ta’ pubblikazzjoni għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE. Dan jagħmlu l-punt ċentrali ta’ aċċess għal-liġi tal-UE, il-pubblikazzjonijiet, id-data miftuħa, ir-riżultati tar-riċerka, l-avviżi tal-akkwist, u informazzjoni uffiċjali oħra.
Il-missjoni tiegħu hija li jappoġġja l-politiki tal-UE u li jagħmel firxa wiesgħa ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħala data aċċessibbli u li tista’ terġa’ tintuża. L-għan ġenerali huwa li jiffaċilia t-trasparenza, l-attività ekonomika, u t-tixrid tal-għarfien.
Min jibbenefika?
L-udjenza ewlenija tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hija l-pubbliku (individwi u negozji).
Bis-saħħa ta’ xogħolna, firxa wiesgħa ta’ informazzjoni uffiċjali tal-UE hija disponibbli għall-pubbliku bħala data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ terġa’ tintuża (FAIR) — essenzjali fl-ekonomija tal-lum xprunata mid-data. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għalhekk jappoġġja t-trasparenza, l-attività ekonomika, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji moderni bħall-intelliġenza artifiċjali, u l-aċċess għall-għarfien b’mod ġenerali.
Dan ifisser li għandna rwol sinifikanti f’diversi prijoritajiet politiċi tal-UE: id-demokrazija, l-ekonomija u t-trasformazzjoni diġitali.
Aktar Informazzjoni
EUR-Lex – Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
TED – Akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea
CORDIS – proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE u r-riżultati tagħhom
Kuntatt
Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Isem
- Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Sit web
- https://op.europa.eu/mt/home
- Numru tat-telefown
- +352 29 291
- Indirizz postali
20, rue de Reims
2417 Il-Lussemburgu
Luxembourg- Media soċjali