Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jiżgura r-riżoluzzjoni b'mod ordnat ta’ banek li qed ifallu, b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi tal-UE parteċipanti u oħrajn
- President: Dominique Laboureix
- Sħab: Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtoritajiet ta’ Riżoluzzjoni Nazzjonali (NRAs), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
- Stabbilit fi: Jannar 2015
- Numru ta’ staff: 472
- Post: Brussell (il-Belġju)
- Sit web: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) hu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni Bankarja Ewropea. Hu element ewlieni tal-Unjoni Bankarja u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tagħha. Il-missjoni tiegħu hi li jiżgura r-riżoluzzjoni b'mod ordnat ta’ banek li qed ifallu, b’impatt minimu kemm jista' jkun fuq l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi tal-UE parteċipanti u oħrajn
X’jagħmel
Il-kompiti ewlenin tiegħu huma li:
- jistabbilixxi regoli u proċeduri standard għar-riżoluzzjoni ta’ entitajiet
- jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni Bankarja skont proċess standard - dan jgħin biex tinżamm il-fiduċja fis-suq
- jistabbilixxi arranġamenti kredibbli u flessibbli ta’ riżoluzzjoni
- ineħħi l-ostakli għal riżoluzzjoni, biex is-sistema bankarja fl-Ewropa tkun aktar sikura
- jimminimizza l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni u jevita d-distruzzjoni tal-valur ħlief jekk neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni
- jipprovdi benefiċċji ewlenin għal dawk li jħallsu t-taxxa, il-banek u depożitanti
- jippromwovi l-istabbiltà ekonomika u finanzjarji fl-UE kollha.
Min jibbenefika
Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni se jkun kapaċi jaġixxi malajr, b’mod xieraq u proporzjonat biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-banek taż-żona tal-euro. L-għan hu li jiġi evitat aktar salvataġġ fil-futur u li jitqiegħed il-piż ta’ riżoluzzjoni fuq il-banek, bi spejjeż minimi għan-nies li jħallsu t-taxxi u għall-ekonomija reali.
Aktar tagħrif
Kuntatt
Single Resolution Board
- Isem
- Single Resolution Board
- Sit web
- https://www.srb.europa.eu/en
- Indirizz postali
Treurenberg 22
1049 Brussels
Belgium- Media soċjali