Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Helsinki

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Finlandiż, l-Iżvediż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1995

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: membru taż-żona Schengen mill-25 ta’ Marzu 2001.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Il-Finlandja hi repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-gvern ċentrali hu bbażat f’Helsinki u l-gvernijiet lokali fi 309-il muniċipalità (bliet u rħula). Il-pajjiż hu maqsum f’19-il reġjun u 70 subreġjun. L-iżgħar reġjun, Åland, hu arċipelagu awtonomu fil-Lbiċ. Ir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Lappi jinkludi ż-Żona Sami Domicile, il-post minn fejn ġej il-poplu indiġenu Sami tal-Finlandja (magħruf ukoll bħala Lapps jew Laplanders).

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Finlandja fl-2020 kienu l-industrija (20.3%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (20.6%), u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (14.0%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 55% tal-esportazzjonijiet tal-Finlandja (il-Ġermanja 14%, l-Iżvezja 10% u n-Netherlands 7%), filwaqt li barra mill-UE 9% jmorru fl-Istati Uniti u 5% fiċ-Ċina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 72% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja u l-Iżvezja 17% u n-Netherlands 9%), filwaqt li barra mill-UE 10% jiġu mir-Russja u 4% miċ-Ċina.

Il-Finlandja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 14-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Finlandja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Finlandja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Finlandiż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Finlandiżi:

Lulju-Diċembru 1999 | Lulju-Diċembru 2006 | Lulju-Diċembru 2019

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Finlandja għall-Kummissjoni Ewropea hi Jutta Urpilainen, li hi responsabbli għas-Sħubijiiet Internazzjonali.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Finlandja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Finlandja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Finlandja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tal-Finlandja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Finlandja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Finlandja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Finlandja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Finlandja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.