Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Ħarsa ġenerali

Sistema politika

ll-Greċja hi repubblika parlamentari. Il-prim ministru li hu l-kap tal-gvern għandu l-aktar setgħa politika. Il-president hu l-kap ta’ stat u fil-maġġor parti għandu dmirijiet ċerimonjali. Is-setgħa eżekuttiva hija eżerċitata mill-gvern.

Kummerċ u ekonomija

Il-PDG per capita tal-Greċja ta’ €26 400 jikklassifika taħt il-medja tal-UE (€38 100). Dan jammonta għal 1.3% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri tal-2023 għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri tal-2024 għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)

Il-Greċja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 21 rappreżentant mill-Greċja fil-Parlament Ewropew. Skopri min huma dawn il-Membri tal-Parlament Ewropew u segwi l-attivitajiet tal-uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Greċja.

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Rappreżentanti mill-gvern Grieg jattendu l-laqgħat tal-Kunsill li jiffukaw fuq il-qasam ta’ responsabbiltà tagħhom diversi drabi fis-sena.

Il-presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux president permanenti b’persuna waħda (bħall-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull 6 xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu biex jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill fl-oqsma ta’ politika differenti, u jiffaċilitaw id-djalogu mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE.

Id-dati tal-presidenzi Griegi:

Lul-Diċ 1983 | Lul-Diċ 1988 | Jan-Ġun 1994 | Jan-Ġun 2003 | Jan-Ġun 2014 | Lul-Diċ 2027

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju Ewropew innominat mill-Greċja hu Apostolos Tzitzikostas li hu responsabbli għat-trasport sostenibbli u t-turiżmu.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”. Skopri aktar dwar ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi differenti.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Greċja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Il-Greċja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Greċja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż jinstemgħu u jiġu segwiti kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Il-Greċja kif se tibbenefika mill-baġit tal-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, kompetittiva u ta’ suċċess. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li jkunu parti mis-Suq Uniku, approċċ kondiviż għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena

  

Proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Greċja

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.

Skopri aktar dwar kif il-Greċja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.