Mur għall-kontenut ewlieni

Sistema politika

Is-Slovenja hi repubblika demokratika parlamentari. Il-prim ministru hu l-kap tal-gvern. Il-president li hu l-kap ta’ stat jiġi elett direttament. Il-gvern għandu l-awtorità eżekuttiva u amministrattiva. Il-prim ministru u l-ministri jiġu eletti mill-Parlament. Is-Slovenja m’għandhiex reġjuni, iżda hi subdiviża f’212-il muniċipalità.

 

Kummerċ u ekonomija

Il-PDG per capita tas-Slovenia ta’ €34,400 jikklassifika taħt il-medja tal-UE (€37,600). Dan jammonta għal 0.4% tal-PDG totali tal-UE. 

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)

Is-Slovenja fl-UE

Baġits u finanzjament

Is-Slovenja kif se tibbenefika mill-baġit tal-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.  

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

 

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fis-Slovenja 

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif is-Slovenja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek