Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Ħarsa ġenerali

  • L-irwol: li tikkontrolla li l-fondi tal-UE jinġabru u jintużaw kif għandu jkun, u tgħin biex jitjieb l-immaniġġjar finanzjarju tal-UE
  • Il-President: Tony Murphy
  • Il-membri: wieħed minn kull pajjiż tal-UE
  • Meta twaqqfet: fl-1975, u bdiet tiffunzjona fl-1977
  • Is-sede: il-Lussemburgu
  • Il-websiteil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tħares l-interessi ta' dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE. M’għandhiex setgħat legali iżda taħdem biex ittejjeb il-mod kif jiġu mmaniġġjati l-finanzi tal-UE.

X’tagħmel il-QEA?

  • tawditja d-dħul u n-nefqa tal-UE, biex tivverifika jekk il-fondi tal-UE jkunux qed jinġabru u jintefqu tajjeb, jekk ikunx qed jingħata kont kif imiss ta’ kif ikunu qed jintefqu, u jekk ikunux qed jintużaw b’mod li jagħti valur għall-flus
  • tiċċekkja lil kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li jgħaddu minn taħt idejhom il-fondi tal-UE — inkluż b’verifiki fuq il-post fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji, u l-korpi tal-UE, kif ukoll fil-pajjiżi tal-UE u fil-pajjiżi mhux fl-UE li jirċievu l-għajnuna mingħand l-UE
  • tħejji rapporti tal-awditjar bis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha
  • tirrapporta suspetti ta’ frodi, korruzzjoni, jew attività illegali oħra lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
  • tipproduċi rapport annwali għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE, li l-Parlament jeżaminah qabel ma jiddeċiedi jekk japprovax il-mod kif il-Kummissjoni tkun qed timmaniġġja l-baġit tal-UE
  • tippubblika opinjonijiet dwar proposti għal leġiżlazzjoni ġdida jew riveduta li tkun se tolqot l-immaniġġjar finanzjarju tal-UE, kif ukoll analiżijiet u pubblikazzjonijiet ad hoc dwar kwistjonijiet relatati mal-finanzi pubbliċi tal-UE.

Biex tkun effettiva, il-QEA trid tkun indipendenti mill-istituzzjonijiet u l-korpi li tawditja. Għal dan l-għan, hija libera li tiddeċiedi dwar

  • x’tawditja
  • kif tawditja
  • kif u meta tippreżenta dak li jirriżultalha.

Ix-xogħol tal-awditjar tal-QEA jiffoka prinċipalment fuq il-Kummissjoni Ewropea — il-korp ewlieni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Iżda taħdem ukoll mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, minħabba li l-Kummissjoni timmaniġġja l-biċċa l-kbira tal-fondi tal-UE (madwar 80%) flimkien magħhom.

Kif inhi magħmula

Il-membri tal-Qorti jinħatru mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Parlament, għal mandati ta' 6 snin li jistgħu jiġġeddu. Huma jagħżlu wieħed minn fosthom bħala President għal mandat ta’ 3 snin (li wkoll jista’ jiġġedded).

Kif taħdem il-QEA?

Twettaq tliet tipi ta’ awditi:

  • awditi finanzjarji — verifika li tkun qed jingħata kont kif imiss ta’ fejn ikunu qed imorru l-fondi tal-UE
  • awditi tal-konformità — verifika li l-fondi tal-UE jkunu qed jiġu ġġenerati jew ikunu qed jintefqu skont ir-regoli
  • awditi tal-prestazzjoni — verifika li l-fondi tal-UE jkunu qed jintużaw b’mod li jagħti valur għall-flus.

Il-membri tal-QEA u l-persunal responsabbli mill-awditjar jiġu assenjati f’awli tal-awditjar, fejn jiġu adottati l-biċċa l-kbira tar-rapporti tal-awditjar, l-analiżijiet, u l-opinjonijiet tal-QEA.

Il-QEA u int

Tista’ tikkuntattja lill-QEA jew tissuġġerixxi suġġett tal-awditjar billi timla l-formola ta’ kuntatt.

Aċċess għad-dokumenti

Pubblikazzjonijiet

Kalendarju indikattiv tal-pubblikazzjonijiet li ħerġin

Aċċess għad-dokumenti

Aktar tagħrif

X’inhu xogħolna

Kif aħna organizzati

Min hu min

Impjiegi u apprentistati

Żjarat lill-QEA

Multimedia centre

Kuntatt

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)

Isem
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
Sit web
https://www.eca.europa.eu/mt
Numru tat-telefown
+352 4398 1
Numru tal-faks
+352 4393 42
Indirizz postali

12, rue Alcide De Gasperi
1615 Il-Lussemburgu
Luxembourg

Media soċjali