Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Sofija
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Bulgaru
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 2007
Munita: il-Lev Bulgaru BGN Il-Bulgarija impenjat ruħha li tadotta l-euro ladarba tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji.
Schengen: il-Bulgarija tinsab fil-proċess li tissieħeb fiż-żona Schengen.
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist
Is-sistema politika
Il-Bulgarija hija repubblika parlamentari. Il-kap tal-gvern - il-prim ministru - għandu l-aktar pożizzjoni b’saħħitha tas-setgħa eżekuttiva. Il-kap tal-istat - il-president - primarjament għandu setgħat rappreżentattivi kif ukoll setgħat limitati tal-veto. Il-Bulgarija hija stat unitarju bi struttura ċentralizzata. Tikkonsisti minn 27 provinċja u provinċja kapitali metropolitana (Sofija-Grad). Il-gvernaturi reġjonali huma maħtura mill-gvern.
Il-kummerċ u l-ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Bulgarija fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21.4%), l-industrija (20.4%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (16.7%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 66% tal-esportazzjonijiet tal-Bulgarija (il-Ġermanja 16%, ir-Rumanija 9% u l-Italja 7%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fit-Turkija u 3% fiċ-Ċina.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 61% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, l-Italja u r-Rumanija 7%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu mit-Turkija u 6% mir-Russja.
Il-Bulgarija fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 17-il membru fil-Parlament Ewropew mill-Bulgarija. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Bulgarija
Il-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Bulgaru, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Bulgari:
Jannar-Ġunju 2018
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat mill-Bulgarija għall-Kummissjoni Ewropea hi Mariya Gabriel, li hi responsabbli għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Bulgarija
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
Il-Bulgarija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Bulgarija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Baġits u Finanzjament
Kemm tħallas u tirċievi l-Bulgarija?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Bulgarija
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Bulgarija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif il-Bulgarija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.