Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Sistema politika

L-Italja hi repubblika parlamentari bi prim ministru li hu l-kap tal-gvern. Il-president hu l-kap ta’ stat u jaħtar il-prim ministru. Il-Parlament hu magħmul minn 2 ikmamar: il-Kamra tad-Deputati u s-Senat tar-Repubblika. Il-pajjiż hu maqsum f’20 reġjun. 5 minnhom għandhom status awtonomu speċjali, li jippermettilhom jgħaddu leġiżlazzjoni dwar xi kwistjonijiet lokali.

Kummerċ u ekonomija

Il-PDG per capita tal-Italja hu €34,000 qrib ħafna tal-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 12.3% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)

L-Italja u l-UE

Baġits u finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Italja mill-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, kompetittiva u ta’ suċċess. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li jkunu parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena

Proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Italja

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Italja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.