Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Żagreb
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: il-Kroat
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Lulju 2013
Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2023
Schengen: membru taż-żona Schengen mill-1 ta’ Jannar 2023
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist
Is-sistema politika
Il-Kroazja hija repubblika parlamentari fejn il-kap tal-gvern - il-prim ministru - u l-kap tal-istat - il-president - jirrappreżentaw is-setgħa eżekuttiva u l-istat f’pajjiżhom u barra minn pajjiżhom. L-istruttura tal-gvern hija bbażata fuq is-separazzjoni tas-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji. Il-Parlament għandu s-setgħa leġiżlattiva u jikkontrolla wkoll l-eżekuttiv. Il-membri tiegħu huma eletti għal 4 snin.
Il-kummerċ u l-ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Kroazja fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.1%), l-industrija (19.2%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (18.1%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 67% tal-esportazzjonijiet tal-Kroazja (il-Ġermanja 13%, l-Italja 12% u s-Slovenja 10%), filwaqt li barra mill-UE 9% jmorru fil-Bożnija-Ħerzegovina u 5% fis-Serbja.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 77% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 15%, l-Italja 12% u s-Slovenja 11%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu miċ-Ċina u 3% mill-Bożnija-Ħerzegovina.
Il-Kroazja fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 12-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Kroazja. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Kroazja
Il-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Kroat, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-Presidenzi Kroati:
Jannar-Ġunju 2020
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat mill-Kroazja għall-Kummissjoni Ewropea hi Dubravka Šuica, il-Viċi President għad-Demografija u d-Demokrazija.
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Kroazja
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-Kroazja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-Kroazja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
Il-Kroazja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Kroazja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Baġits u Finanzjament
Kemm tħallas u tirċievi l-Kroazja?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Proġetti ffinanzjati mill-UE fil-Kroazja
Skopri aktar dwar kif il-Kroazja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.