Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Sistema politika

L-Awstrija hi repubblika parlamentari federali b’kanċillier li hu l-kap tal-gvern, u president li hu l-kap ta’ stat. Il-pajjiż hu magħmul minn 9 stati (Bundesländer). Kemm il-gvernijiet reġjonali kif ukoll federali jeżerċitaw setgħa eżekuttiva. Il-Parlament federali għandu 2 ikmamar: il-Kamra Inferjuri (Nationalrat) eletta direttament u l-Kamra Superjuri (Bundesrat) li hi eletta mill-parlamenti reġjonali.

Kummerċ u ekonomija

L-Awstrija tinsab fil-ħames post fl-Unjoni Ewropea f’termini ta’ PDG per capita b’€44,000, ferm ogħla mill-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 2.8% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet

 

L-Awstrija fl-UE

Baġits u finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Awstrija mill-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.  

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat. 

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.  

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena

 

Proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Awstrija 

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent. 

Skopri aktar dwar kif l-Awstrija tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.