Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Logo of European Food Safety Authority

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tipprovdi parir xjentifiku u tikkomunika dwar riskji eżistenti u emerġenti assoċjati mal-katina tal-ikel
  • Direttur: Bernhard Url
  • Stabbilita: fl-2002
  • Numru ta’ persunal: 435
  • Post: Parma (l-Italja)
  • Sit web: EFSA 

X’tagħmel l-EFSA?

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tipprovdi parir xjentifiku indipendenti dwar ir-riskji relatati mal-ikel.

L-EFSA toħroġ parir dwar riskji tal-ikel eżistenti u emerġenti. Dan il-parir jinforma l-liġijiet, ir-regoli u t-tfassil tal-politiki Ewropej – u b'hekk jgħin fil-protezzjoni tal-konsumaturi mir-riskji fil-katina tal-ikel. Il-mandat tagħha jkopri:

  • is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf
  • in-nutrizzjoni
  • is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali
  • il-protezzjoni tal-pjanti
  • is-saħħa tal-pjanti

Il-ħidma tal-EFSA tinvolvi:

  • il-ġbir tad-dejta xjentifika u tal-kompetenza
  • l-ipprovdir ta' parir xjentifiku indipendenti, aġġornat dwar kwistjonijiet ta' sikurezza tal-ikel
  • il-kommunikazzjoni tal-ħidma xjentifika tagħha lill-pubbliku
  • il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-UE, korpi internazzjonali, u partijiet ikkonċernati oħrajn
  • it-tisħiħ tal-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-UE billi tipprovdi parir li wieħed jista' joqgħod fuqu.

Min jibbenefika?

  • Il-konsumaturi Ewropej – fost l-aktar protetti u infurmati fid-dinja dwar ir-riskji fil-katina tal-ikel  
  • L-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali inkarigati mill-immaniġġjar ta' kwistjonijiet relatati mas-saħħa pubblika u li jawtorizzaw l-użu tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf.

Ara wkoll

Aħbarijiet tal-EFSA 

Avvenimenti u laqgħat tal-EFSA 

Ċentru Stampa 

Ġurnal tal-EFSA 

Dokumenti u pubblikazzjonijiet tal-EFSA 

Opportunitajiet ta' karrieri 

Proċess xjentifiku tal-EFSA (gwida pass pass)

Kuntatt

Isem
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Sit web
Numru tat-telefown
+39 0521 036 111
Numru tal-faks
+39 0521 036 110
Indirizz postali
Via Carlo Magno 1A, 43126 Parma PR, Italy
Media soċjali