Mur għall-kontenut ewlieni
  • Aġenzija deċentralizzata

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tipprovdi parir xjentifiku u tikkomunika dwar riskji eżistenti u emerġenti assoċjati mal-katina alimentari
  • Direttur Eżekuttiv: Bernhard Url (aġent)
  • Stabbilita fi: 2002
  • Numru ta’ membri tal-istaff: 587
  • Post: Parma (l-Italja)
  • Sit web: L-EFSA

X’tagħmel l-EFSA?

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tipprovdi parir xjentifiku indipendenti dwar ir-riskji relatati mal-ikel.

L-EFSA toħroġ parir dwar riskji eżistenti u emerġenti relatati mal-ikel. Dan il-parir jinforma l-liġijiet, ir-regoli u t-tfassil tal-politiki Ewropej – u b'hekk jgħin fil-protezzjoni tal-konsumaturi mir-riskji fil-katina tal-ikel. Il-mandat tagħha jkopri:

  • is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf
  • in-nutrizzjoni
  • is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali
  • il-protezzjoni tal-pjanti
  • is-saħħa tal-pjanti.

Il-ħidma tal-EFSA tinvolvi:

  • il-ġbir tad-data xjentifika u tal-kompetenza
  • l-għotita’ parir xjentifiku indipendenti u aġġornat dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ikel
  • il-kommunikazzjoni tal-ħidma xjentifika tagħha lill-pubbliku
  • il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-UE, korpi internazzjonali, u partijiet ikkonċernati oħrajn
  • it-tisħiħ tal-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-UE billi tipprovdi parir affidabbli.

Min jibbenefika?

  • Il-konsumaturi Ewropej – fost l-aktar protetti u infurmati fid-dinja dwar ir-riskji fil-katina tal-ikel  
  • L-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali inkarigati mill-immaniġġjar ta’ kwistjonijiet relatati mas-saħħa pubblika u li jawtorizzaw l-użu tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf.

Aktar Informazzjoni

Aħbarijiet tal-EFSA

Avvenimenti u laqgħat tal-EFSA

Ċentru tal-istampa

EFSA Journal

Dokumenti u pubblikazzjonijiet tal-EFSA

Opportunitajiet għall-karriera

Il-proċess xjentifiku tal-EFSA (gwida pass pass)

Kuntatt

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Isem
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
Sit web
https://www.efsa.europa.eu/mt
Numru tat-telefown
+39 0521 036 111
Numru tal-faks
+39 0521 036 110
Indirizz postali

Via Carlo Magno 1A
43126 Parma PR
Italy

Media soċjali