Ħarsa ġenerali
- Rwol: it-titjib tal-protezzjoni tal-investituri u l-promozzjoni ta’ swieq finanzjarji stabbli u ordnati
- President: Verena Ross
- Direttur Eżekuttiv: Natasha Cazenave
- Membri: L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-swieq tat-titoli f’kull pajjiż tal-UE.
- Membri bla vot: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB), il-Kummissjoni Ewropea (KE), l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
- Stabbilita fi: 2011
- Numru ta’ impjegati: 362
- Sede: Pariġi (Franza)
- Sit web: L-ESMA
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hi awtorità indipendenti tal-UE u l-iskop tagħha hu li ttejjeb il-protezzjoni tal-investituri u li tippromwovi swieq finanzjarji stabbli u ordnati.
X’tagħmel l-ESMA?
Għandha tliet objettivi:
- Protezzjoni tal-investituri – tiżgura li l-ħtiġijiet tal-konsumaturi finanzjarji jinqdew aħjar u ssaħħaħ id-drittijiet tagħhom bħala investituri, filwaqt li tirrikonoxxi r-responsabbiltajiet tagħhom
- Swieq ordnati – tippromwovi l-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u l-infrastruttura soda tas-swieq.
- Stabbiltà finanzjarja – issaħħaħ is-sistema finanzjarja sabiex tkun tiflaħ għax-xokkijiet, tinvestiga l-iżbilanċi finanzjarji u tħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku.
L-ESMA hi responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni ta’ miżuri meħudin mis-superviżuri tat-titoli jew għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza meta tinqala’ kriżi.
Min jibbenefika?
L-oqsma u l-partijiet ikkonċernati li ġejjin:
- l-ekonomija
- il-pubbliku ġenerali
- ir-regolaturi tas-swieq tat-titoli
- l-industrija tas-servizzi finanzjarji
- l-investituri bl-imnut u istituzzjonali u l-konsumaturi
- il-fornituri tas-servizzi finanzjarji
- l-utenti tas-swieq finanzjarji
Iktar informazzjoni
Kuntatt
- Sit web
- https://www.esma.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +33 1 58 36 43 21
- Numru tal-faks
- +33 1 58 36 43 30
- Indirizz postali
201-203 Rue de Bercy
75012 Pariġi
France- Media soċjali
