Skip to main content

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Tallinn

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: l-Estonjan

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2011

Schengen: membru taż-żona Schengen mill-21 ta’ Diċembru 2007

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

L-Estonja hi repubblika parlamentari. Il-kap tal-gvern tagħha - il-prim ministru - hu maħtur mill-president u approvat mill-parlament. Dan hu responsabbli mis-setgħa eżekuttiva mogħtija lill-gvern. Il-kap tal-istat - il-president - hu elett mill-Parlament jew il-kulleġġ elettorali għal 5 snin. Il-Parlament għandu 101 membru, eletti kull 4 snin. Il-pajjiż hu maqsum fi 15-il kontea u 79 muniċipalità.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Estonja fl-2020 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.5%), l-industrija (19.2%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (16.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 66% tal-esportazzjonijiet tal-Estonja (il-Finlandja 16%, l-Iżvezja 10% u l-Latvja 9%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fir-Russja.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 75% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Finlandja 13%, il-Ġermanja 10% u l-Latvja u l-Litwanja 9%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu mir-Russja u 5% miċ-Ċina.

 

L-Estonja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 7 membri tal-Parlament Ewropew mill-Estonja. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fl-Estonja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Estonjan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Estonjani:

Lulju-Diċembru 2017

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mill-Estonja għall-Kummissjoni Ewropea hi Kadri Simson, li hi responsabbli għall-Enerġija.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Estonja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Estonja għandha 6 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Estonja għandha 6 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

L-Estonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Estonja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Baġits u Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Estonja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Estonja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Estonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif l-Estonja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.