Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali 

Sistema politika

L-Estonja hi repubblika parlamentari. Il-prim ministru tagħha, li hu l-kap tal-gvern, jiġi nnominat mill-president u approvat mill-parlament. Dan hu responsabbli mis-setgħa eżekuttiva mogħtija lill-gvern. Il-president, li hu l-kap ta’ stat, jiġi elett mill-Parlament jew mill-kulleġġ elettorali għal 5 snin. Il-Parlament għandu 101 membru, eletti kull 4 snin. Il-pajjiż hu maqsum fi 15-il kontea u 79 muniċipalità. 

Kummerċ u ekonomija

Il-PDG per capita tal-Estonja ta’ €30,700 jikklassifika taħt il-medja tal-UE (€37,600). Dan jammonta għal 0.2% tal-PDG totali tal-UE.  

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)   

 

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)   

L-Estonja fl-UE  

Baġits u finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi l-Estonja mill-UE?  

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva . L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.    

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

Proġetti ffinanzjati mill-UE fl-Estonja   

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif l-Estonja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.