L-istituzzjonijiet ikkonċernati mill-proċedura:
- Il-Kunsill Ewropew
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
L-aġenda strateġika
Il-Kunsill Ewropew (27 kap ta’ stat jew ta’ gvern mill-pajjiżi kollha tal-UE) jiddefinixxi l-prijoritajiet għall-5 snin li ġejjin.
L-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE jaħdmu id f’id biex iwettqu dawn il-prijoritajiet. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill joħorġu konklużjonijiet konġunti.
Flimkien, dawn il-prijoritajiet jiffurmaw l-aġenda strateġika.
Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea
Il-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-5 snin li ġejjin.
Dawn jiġu deċiżi mill-kandidat għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni u ppreżentati lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.
Imbagħad jiġu kkonvertiti fi stqarrijiet tal-missjoni speċifiċi għal kull kummissarju kandidat u ppreżentati lill-kumitat rilevanti tal-Parlament.
Il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
It-tliet presidenzi li jmiss jaqblu dwar il-prijoritajiet kondiviżi tagħhom għat-18-il xahar li jmiss, bil-Presidenza tinbidel kull 6 xhur.
Dawn jiġu deċiżi mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza bil-għan li jsaħħaħ l-UE u jippromwovi l-valuri ewlenin tagħha.
Jiġu ddefiniti billi jitqiesu l-kwistjonijiet urġenti għall-UE.
Il-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew
Kull grupp politiku jagħżel il-prijoritajiet li jirriflettu l-kwistjonijiet li l-votanti tiegħu jqisu kruċjali għall-5 snin li ġejjin.
Tmien gruppi politiċi organizzati skont l-affinità politika, mhux skont in-nazzjonalità.
Kif issir din il-ħidma fil-prattika?
- L-Istat tal-Unjoni u l-Ittra ta’ Intenzjoni
Kull sena f’Settembru, il-President tal-Kummissjoni jagħti/tagħti bidu għat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni bid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni u l-Ittra ta’ Intenzjoni, abbażi tar-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni.
- Id-diskussjonijiet
Il-Kummissjoni tibda diskussjonijiet mal-Parlament u mal-Kunsill tal-UE dwar il-prijoritajiet għas-sena ta’ wara.
- Il-programm ta’ ħidma annwali tal-KE
Il-Kummissjoni tiġbor il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex tintegrahom fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha.
- Id-dikjarazzjoni konġunta annwali
Il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill joħorġu dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet tal-UE biex tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr u biex jiżguraw li jkun hemm impetu politiku biex jitwettqu dawn il-prijoritajiet.