Franza – profil ta’ pajjiż tal-UE | Unjoni Ewropea 
Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali 

Sistema politika

Franza hija repubblika semi-presidenzjali bi prim ministru, li hu l-kap tal-gvern, maħtur mill-president li huwa elett direttament bħala l-kap tal-istat. It-territorju ta’ Franza jikkonsisti fi 18-il reġjun amministrattiv: 13-li reġjun metropolitan (jiġifieri Franza Kontinentali) u 5 reġjuni ekstra-Ewropew. Il-5 reġjuni kollha ekstra-Ewropej, kif ukoll Saint-Martin (territorju Franċiż fil-Karibew) jiitqiesu bħala parti mill-UE (bi status ta’ reġjun ultraperiferiku). Strasburgu hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. L-oħrajn huma Brussell u l-Belt tal-Lussemburgu. 

Kummerċ u ekonomija

Franza tinsab fil-ħdax-il post fl-Unjoni Ewropea f’termini ta’ PDG per capita b’€38,000, li hu ogħla mill-medja tal-UE (€37,600). Dan jammonta għal 16.6% tal-PDG totali tal-UE.  

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG) 

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)   

Franza fl-UE  

Baġits u finanzjament

Franza kif se tibbenefika mill-baġit tal-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.    

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

Proġetti ffinanzjati mill-UE fi Franza   

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif Franza tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.