Mur għall-kontenut ewlieni

Faċli li jinqara - L-Unjoni Ewropea

Verżjoni faċli li jinqara

Verżjoni faċli li jinqara hi mod
li bih l-informazzjoni ssir faċli għal kulħadd
biex tinqara u tinftiehem.

Easy to read - Symbol

 

“© Logo Ewropew Faċli li jinqara: Inclusion Europe. Aktar informazzjoni fuq: https://www.inclusion-europe.eu/easy-to-read/

L-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea hi grupp ta’ 27 pajjiż fl-Ewropa.
Dawn il-pajjiżi ngħaqdu flimkien
biex jagħmlu l-affarijiet aħjar, aktar faċli u aktar sikuri għan-nies.
Huma qablu li jaħdmu flimkien u li jgħinu lil xulxin.

Mappa bil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea

 

Kif bdiet l-Unjoni Ewropea

Fil-bidu, 6 pajjiżi biss fl-Ewropa bdew jaħdmu flimkien:

  • l-Belġju
  • Franza
  • Il-Ġermanja
  • L-Italja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ftit wara, issieħbu magħhom aktar u aktar pajjiżi fl-Ewropa
u nħolqot l-Unjoni Ewropea.

F'Ġunju 2016 ir-Renju Unit iddeċieda
li jieqaf milli jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea.
Għalhekk mill-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit
ma għadux aktar jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea.

Il-miri u l-valuri tal-Unjoni Ewropea huma li

Il-pajjiżi kollha li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien
biex jiżguraw li:

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
jaqsmu l-istess valuri importanti.
Pereżempju, jaħdmu biex jiżguraw li n-nies kollha huma ugwali
u d-drittijiet tagħhom huma rispettati.

Paċi fl-Ewropa

Moviment liberu

L-Unjoni Ewropea għamlitha aktar faċli għan-nies
biex jiċċaqalqu b’mod ħieles minn pajjiż għal ieħor.
Huma jistgħu jgħixu, jistudjaw jew jaħdmu
fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jixtiequ.
Pereżempju, persuna minn Franza tista’ tagħżel
li tmur l-Italja u taħdem hemm.
Jew student mill-Belġju jista’ jmur jistudja f’università fil-Greċja.

Happy travelers

L-oġġetti, is-servizzi u l-flus jistgħu wkoll jiċċaqalqu b’mod liberu
minn pajjiż għal ieħor tal-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea fid-dinja

L-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti fid-dinja b’bosta modi.
Pereżempju:

  • Hi tbigħ bosta oġġetti u servizzi lill-pajjiżi oħrajn.
    Hi tixtri wkoll oġġetti minn pajjiżi oħrajn.
    B’dan il-mod hi tgħin l-ekonomija tad-dinja tibqa’ għaddejja.
  • Hi tgħin miljuni ta’ nies
    li jgħixu f’pajjiżi ifqar barra mill-Unjoni Ewropea.
  • Hi tipprova tagħmel id-dinja post aktar sikur
    fejn in-nies huma trattati b’mod ġust u l-liġijiet huma rispettati.

Isir parti mill-Unjoni Ewropea

Biex isir parti mill-Unjoni Ewropea,
pajjiż għandu:

Bħalissa xi pajjiżi qed jaħdmu biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-pajjiżi huma:

  • Il-Bożnija-Ħerzegovina
  • Il-Georgia
  • Il-Maċedonja ta’ Fuq
  • Il-Moldova
  • Il-Montenegro
  • Is-Serbja
  • It-Turkija
  • L-Albanija
  • L-Ukrajna

Biex isiru parti mill-Unjoni Ewropea,
dawn il-pajjiżi għandhom jaħdmu
sabiex il-liġijiet u l-valuri kollha tal-Unjoni Ewropea
iseħħu fihom.

Iż-Żona Schengen

L-Unjoni Ewropea ħolqot iż-“Żona Schengen”.

Iż-Żona Schengen hi żona mingħajr fruntieri.
F’din iż-żona, in-nies jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għal ieħor b’mod liberu u faċli.
Ma għandhomx għalfejn jgħaddu minn iċċekkjar u kontrolli
meta jgħaddu minn pajjiż għal ieħor.

Bis-saħħa taż-Żona Schengen, issa hu aktar faċli għan-nies
li jivvjaġġaw biex jaħdmu jew bħala turisti.

Iż-Żona Schengen inħolqot fl-1985.
Illum 25 minn 27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen.

Dawn il-pajjiżi huma:

  • Franza
  • iċ-Ċekja
  • Id-Danimarka
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Pajjiżi l-Baxxi
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovenja
  • L-Awstrija
  • l-Belġju
  • L-Estonja
  • L-Isvezja
  • L-Italja
  • L-Ungerija
  • Malta
  • s-Slovakkja
  • Spanja

Ukoll, 4 pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea
jagħmlu parti miż-Żona Schengen:

  • Islanda
  • Liechtenstein
  • Norveġja
  • Svizzera

Dan ifisser li n-nies jistgħu jivvjaġġaw b’mod liberu u faċli
minn wieħed minn dawn il-pajjiżi għal ieħor.
B’dan il-mod hu aktar faċli għan-nies li jżuru kwalunkwe minn dawn il-pajjiżi
għat-turiżmu jew għax-xogħol.

Happy travelers

 

Lingwi tal-Unjoni Ewropea

F’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea
in-nies jitkellmu l-lingwa tagħhom.
L-Unjoni Ewropea tipproteġi d-dritt tan-nies
li jikkomunikaw bil-lingwa tagħhom.

The word 'hello' in different languages

Dan hu għaliex l-Unjoni Ewropea
tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti importanti kollha
bil-lingwi kollha tan-nies li jitkellmuhom fil-pajjiżi kollha tagħha:

  • Bulgaru
  • Ċek
  • Daniż
  • Estonjan
  • Finlandiż
  • Franċiż
  • Ġermaniż
  • Grieg
  • Ingliż
  • Irlandiż
  • Kroat
  • Latvjan
  • Litwan
  • Malti
  • Olandiż
  • Pollakk
  • Portugiż
  • Rumen
  • Slovakk
  • Sloven
  • Spanjol
  • Taljan
  • Ungeriż
  • Żvediż

B’dan il-mod in-nies kollha fl-Unjoni Ewropea
jistgħu jiksbu informazzjoni importanti bil-lingwa tagħhom stess
u jifhmuha.

Il-munita tal-Unjoni Ewropea

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea jużaw l-istess munita.

Illum, 20 minn 27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea jużaw l-euro.

Dawn il-pajjiżi huma:

  • Ċipru
  • Franza
  • Il-Finlandja
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Pajjiżi l-Baxxi
  • Il-Portugall
  • Is-Slovenja
  • L-Awstrija
  • l-Belġju
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • Malta
  • s-Slovakkja
  • Spanja

Il-bandiera Ewropea

Din hi l-bandiera tal-Unjoni Ewropea:

The flag of the European Union

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea hi blu
u għandha ċirku bi stilel tad-deheb fuqha.
Hu simbolu li juri li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
huma uniti u jappoġġjaw lil xulxin.

L-innu Ewropew

Kull pajjiż għandu melodija
li turi aħjar il-valuri u l-kultura tiegħu bħala pajjiż.
Din il-melodija tissejjaħ “innu”.

L-Unjoni Ewropea għandha l-innu tagħha wkoll.
Fl-1985, in-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet
fl-Unjoni Ewropea
għażlu melodija ta’ kompożitur importanti ħafna
biex tkun l-innu tal-Unjoni Ewropea.

Isem il-kompożitur hu Ludwig van Beethoven.

Magħquda fid-diversità

L-Unjoni Ewropea tuża l-frażi “magħquda fid-diversità
biex turi x’inhuma l-valuri tagħha.

Inkunu magħquda fid-diversità jfisser li:

Kif taħdem l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea għandha 3 korpi ewlenin:

Dawn it-3 korpi huma importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea.
Huma jaħdmu mill-qrib flimkien biex jagħmlu l-affarijiet aħjar fl-Ewropa:

  • Il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi l-liġijiet.
  • Il-Parlament Ewropew
    u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
    jiddiskutu dawn il-liġijiet u jiddeċiedu jekk iridux li dawn il-liġijiet
    iseħħu fl-Ewropa.
  • Jekk jiddeċiedu li liġi għandha sseħħ fl-Ewropa,
    il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea
    għandhom jaħdmu biex japplikaw din il-liġi.

Korpi oħrajn li huma importanti għall-Unjoni Ewropea huma:

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
    li tiżgura li l-liġijiet kollha jseħħu b’mod korrett
    fl-Unjoni Ewropea.
  • Il-Qorti ta' l-Awdituri
    li tiċċekkja jekk il-flus tal-Unjoni Ewropea
    humiex jintefqu kif suppost.

Jeżistu korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea
li qed jagħmlu xogħol importanti.
Pereżempju, jeżistu korpi li:

Aktar informazzjoni