Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Bratislava

Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: Is-Slovakk

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999

Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-21 ta’ Diċembru 2007.

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Is-Slovakkja hi repubblika parlamentari demokratika b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li jagħżel il-kunsill tal-ministri u kap tal-istat - il-president - li d-dmirijiet tiegħu huma prinċipalment ċerimonjali u jinnomina l-prim ministru. Il-pajjiż hu subdiviż fi 8 reġjuni, kull wieħed bl-isem tal-belt prinċipali tiegħu. Dawn ingħataw ċerta grad ta’ awtonomija mill-2002.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovakkja fl-2020 kienu l-industrija (24.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (18.4%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (16.8%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 79% tal-esportazzjonijiet tas-Slovakkja (il-Ġermanja 22%, iċ-Ċekja 11% u l-Polonja 8%), filwaqt li barra mill-UE 4% jmorru kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Renju Unit u 3% fiċ-Ċina

F’termini ta’ importazzjonijiet, 80% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20%, iċ-Ċekja 18% u l-Awstrija 9%), filwaqt li barra mill-UE 4% jiġu mill-Korea t’Isfel u miċ-Ċina u 3% mir-Russja.

Is-Slovakkja fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 14-il membru tal-Parlament Ewropew mis-Slovakkja. Skopri min huma dawn il-MPE

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fis-Slovakkja

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom b’mod regolari rappreżentanti tal-Gvern Slovakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Dati tal-presidenzi Slovakki:

Lul-Diċ 2016 |

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat mis-Slovakkja għall-Kummissjoni Ewropea hu Maroš Šefčovič, il-Viċi President Eżekuttiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fis-Slovakkja

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Is-Slovakkja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tas-Slovakkja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi s-Slovakkja?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fis-Slovakkja

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovakkja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif is-Slovakkja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.