Mur għall-kontenut ewlieni

Sistema politika

Is-Slovakkja hija repubblika demokratika parlamentari. Il-prim ministru li hu l-kap tal-gvern għandu l-aktar poter eżekuttiv b’saħħtu. Il-president huwa l-kap ta’ stat u l-kap formali tal-eżekuttiv, iżda b’setgħat limitati ħafna. Il-pajjiż hu subdiviż fi 8 reġjuni, kull wieħed bl-isem tal-belt prinċipali tiegħu. Dawn ingħataw ċerta grad ta’ awtonomija mill-2002.

Kummerċ u ekonomija

Il-PDG per capita tas-Slovakkja ta’ €27,400 hu kklassifikat taħt il-medja tal-UE (€37,600). Dan jammonta għal 0.7% tal-PDG totali tal-UE.

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet) 

Is-Slovakkja fl-UE

Baġits u Finanzjament

Is-Slovakkja kif se tibbenefika mill-baġit tal-UE?

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva. L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom. 

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.  

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. 

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.   

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena 

 

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fis-Slovakkja

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.  

Skopri aktar dwar kif is-Slovakkja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.