Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali 

Sistema politika

Id-Danimarka hi monarkija kostituzzjonali. Għandha sistema parlamentari rappreżentattiva bi Prim Ministru, li hu l-kap tal-gvern, u monarka, li huwa l-kap ta’ stat iżda li d-dmirijiet tiegħu huma strettament rappreżentattivi u ċerimonjali. Ir-renju għandu wkoll 2 pajjiżi kostitwenti awtonomi fl-Atlantiku, li ebda wieħed minnhom mhu membru tal-UE: il-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. 

Kummerċ u ekonomija

Id-Danimarka tinsab fis-sitt post fl-Unjoni Ewropea f’termini ta’ PDG per capita b’€42,400, ferm ogħla mill-medja tal-UE (€35,500). Dan jammonta għal 2.3% tal-PDG totali tal-UE.  

(Sors: Eurostat - ċifri għall-PDG per capita u l-PDG)   

(Sors: Eurostat - ċifri għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet)   

Id-Danimarka fl-UE  

Baġits u finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi d-Danimarka mill-UE?  

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tiżgura li l-Ewropa tibqa’ forza demokratika, paċifika, prospera u kompetittiva . L-UE tużah biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha u proġetti kbar li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi individwali tal-UE ma setgħux jiffinanzjaw waħedhom.    

Il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE jaqbżu b’mod sinifikanti d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE u l-eżempji huma ħafna. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li huma parti mis-Suq Uniku, approċċ ixxerjat għall-isfidi komuni tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, u kisbiet konkreti bħal infrastruttura tat-trasport aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u diġitalizzati u trattament mediku mill-aktar avvanzat.   

Kemm kull pajjiż tal-UE jħallas fil-baġit tal-UE jiġi kkalkulat b’mod ġust. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.  

Il-baġit tal-UE mhux dwar l-għoti u t-teħid – hu dwar il-kontribut kollettiv biex l-Ewropa u d-dinja jsiru post aħjar għalina lkoll.    

Infiq u dħul tal-baġit tal-UE għal kull pajjiż u għal kull sena  

Proġetti ffinanzjati mill-UE fid-Danimarka   

Il-flus mill-baġit tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – pereżempju, biex jinbnew it-toroq, jiġu ssussidjati r-riċerkaturi u jitħares l-ambjent.   

Skopri aktar dwar kif id-Danimarka tibbenefika mill-finanzjament tal-UE u mill-fondi ta’ rkupru f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek.