Fuq quddiem fl-innovazzjoni permezz tar-riċerka tal-UE
L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni hu investiment fil-futur tal-Ewropa. Jgħinna nikkompetu fid-dinja u nippriżervaw il-mudell soċjali uniku tagħna. Itejjeb il-ħajja ta’ kuljum ta’ miljuni ta’ persuni fl-Ewropa u fid-dinja, u jgħinna negħlbu wħud mill-akbar sfidi tas-soċjetà tagħna.
L-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni jżid il-valur billi jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn timijiet ta’ riċerka fil-pajjiżi u dixxiplini li huma essenzjali biex jinkisbu skoperti importanti.
- L-għanijiet tal-politika ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-UE
- Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qosor
Permezz tal-programmi qafas multiannwali ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha, l-UE tipprovdi finanzjament biex:
- issaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fix-xjenza
- issaħħaħ l-innovazzjoni fl-industrija, inklużi investiment f’teknoloġiji ewlenin, aċċess akbar għall-kapital u appoġġ għan-negozji ż-żgħar
- tindirizza tħassib soċjali ewlieni, bħat-tibdil fil-klima, it-trasport sostenibbli u l-enerġija rinnovabbli
- tiżgura li l-kisbiet teknoloġiċi jiġu żviluppati fi prodotti vijabbli b'potenzjal kummerċjali ta' veru - permezz tal-bini ta' sħubijiet mal-industrija u l-gvernijiet
- issaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni
- Il-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni
- L-opportunitajiet ta' finanzjament kollha għar-riċerka u l-innovazzjoni
L-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE huma mmaniġġjati permezz ta’ għadd ta’ dipartimenti, aġenziji u korpi tal-UE, u r-riżultati, l-informazzjoni u d-data jiġu kondiviżi permezz ta’:
Avvenimenti u informazzjoni relatati
- Sib l-avvenimenti li jmiss fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-istituzzjonijiet u l-postijiet tal-UE
- Ibbrawżja l-librerija għall-pubblikazzjonijiet dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni
- Infografika - Żona Ewropea tar-Riċerka
- Stejjer ta’ suċċess dwar ir-riċerka tal-UE
- Ibqa’ konness permezz tal-midja soċjali