Impjiegi u affarijiet soċjali
L-avvanzi teknoloġiċi, il-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku għadhom iħallu impatt fuq kif l-Ewropej qed jgħixu u jaħdmu. L-UE qed tiżviluppa b’mod attiv politiki u proposti leġiżlattivi biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.
- Leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali fil-qosor
- Ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-affarijiet soċjali
Permezz tal-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, l-UE taħdem biex tissalvagwardja d-drittijiet taċ-ċittadini billi tiżgura:
- Opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol;
- Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti
- Protezzjoni u inklużjoni soċjali
Il-finanzjament tal-UE jgħin l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati biex jimplimentaw u jtejbu l-impjiegi u l-politika soċjali, u jiffinanzjaw proġetti li jappoġġjaw liċ-ċittadini tagħhom tal-lum u ta’ għada.
Il-leġiżlazzjoni tal-impjieg tal-UE tassigura livelli minimi ta’ protezzjoni li japplikaw għal kull min jgħix u jaħdem fl-UE. Ir-regoli speċifiċi tal-UE jimmiraw ukoll biex jagħmluha aktar faċli għaċ-ċittadini tal-UE biex jgħixu u jaħdmu f’pajjiżi oħrajn tal-UE, filwaqt li jipproteġu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom, bħall-assigurazzjoni tas-saħħa u l-benefiċċji.