Mur għall-kontenut ewlieni

Il-politika reġjonali

Investiment reġjonali u solidarjetà

L-UE tinvesti lokalment permezz tal-politika reġjonali tagħha. Din il-politika, li hi indirizzata għar-reġjuni u l-ibliet kollha tal-UE, tinkludi miżuri li jsaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u li jtejbu l-kwalità tal-ħajja permezz ta’ investiment strateġiku. Bis-saħħa ta’ din il-forma attiva ta’ solidarjetà tal-UE, in-nies f’reġjuni inqas żviluppati jistgħu jaħtfu opportunitajiet maħluqa mill-ikbar suq fid-dinja.

Il-politika reġjonali tal-UE taħdem biex tagħmel differenza f’5 oqsma ewlenin:

  • l-investiment fin-nies billi tappoġġa l-aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg, edukazzjoni u inklużjoni soċjali
  • l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju
  • it-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ investiment u impjiegi relatati mar-riċerka
  • it-titjib tal-ambjent permezz ta’ proġetti kbar ta’ investiment
  • l-immodernizzar tat-trasport u l-produzzjoni tal-enerġija għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b’enfasi fuq l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura tat-trasport innovattiva

 

Filwaqt li l-politika ġenerali hija stabbilita fil-livell tal-UE, it-tmexxija ta’ kuljum tal-fondi hija r-responsabbiltà ta’ kollaborazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

Publication