Appoġġ lill-futur tan-negozju u tal-industrija tal-Ewropa
Il-politika tal-UE tgħin tagħmel l-industrija u n-negozju tal-UE aktar kompetittivi u tippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku bil-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi n-negozju.
Bil-globalizzazzjoni u b’kompetizzjoni aktar b’saħħitha minn pajjiżi emerġenti, il-prosperità ekonomika f'terminu twil tal-Ewropa se tiddependi fuq is-saħħa tal-bażi industrijali tagħha, mhux fuq is-servizzi u l-banek biss. Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-approċċi biex jiġi żgurat il-futur tal-manifattura tal-Ewropa.
Sensiela ta’ programmi tal-UE jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) biex jaċċessaw il-finanzi u s-swieq, u jappoġġjaw l-intraprenditorija, il-ħolqien tan-negozji, l-internazzjonalizzazzjoni u l-iżvilupp.
L-UE qed taħdem biex jitneħħew l-ostakoli li baqa’ għall-kummerċ u biex jiġi evitat li jinħolqu ostakoli ġodda billi tippromwovi suq tal-UE favorevoli għan-negozju u għall-konsumatur, ibbażat fuq regoli u standards trasparenti, sempliċi u konsistenti.