Għat-tnedija tal-euro f’Jannar 2002, ġew iddisinjati 7 karti tal-flus u 8 muniti. Il-karti tal-flus għandhom l-istess disinn fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro. Il-muniti għandhom disinn komuni fuq faċċata waħda u disinn speċifiku għal kull pajjiż fuq l-oħra.
Matul is-snin ġiet introdotta gradwalment is-serje “Europa” tal-karti tal-flus. Dawn qegħdin taħt ir-responsabbiltà tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali u jinkludu karatteristiċi tas-sigurtà mtejbin u disinn ġdid, li jinkludi xbieha tal-figura mitoloġika Europa.
Simbolu
L-isem “euro” ntgħażel fl-1995 waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Madrid.
Is-simbolu € hu bbażat fuq l-ittra Griega epsilon (ε), l-ewwel ittra tal-kelma “Ewropa” u b’żewġ linji paralleli li jfissru stabbiltà.
Il-kodiċi ISO għall-euro hu EUR. Dan jintuża meta nirreferu għal ammonti f'euro mingħajr ma nużaw is-simbolu.
Id-drittijiet tal-awtur
L-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, hija s-sid tad-drittijiet tal-awtur għas-simbolu tal-euro. Madankollu, f’xi każijiet, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE aċċetta li jirreġistra ċerti logos li fihom is-simbolu tal-euro, dment li jkunu kreattivi biżżejjed u differenti mis-simbolu uffiċjali tal-euro.
Regoli għall-isem tal-euro
- L-isem għandu jkun l-istess fil-lingwi kollha tal-UE – “euro”, skont l-alfabetti differenti. Dan jinkludi t-testi legali tal-UE. Jiġifieri “‘ευρώ” fl-alfabett Grieg u “евро” biċ-Ċirilliku
- Il-forom fil-plural huma aċċettati sakemm dawn ma jbiddlux l-għerq “eur-”
- F’testi legali li mhumiex tal-UE, bħal fil-każ tal-liġi nazzjonali, hija aċċettata kitba mod ieħor.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Niżżel l-immaġni kompressata bil-qisien fil-format jpg.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska