Ħarsa ġenerali
- Rwol: Jorganizza proċeduri ta’ selezzjoni ta’ kwalità għolja biex jagħżel il-persunal għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.
- Direttur: Minna Vuorio
- Stabbilit fi: 2002
- Numru ta’ staff: 127
- Post: Brussell (b’uffiċċju fil-Lussemburgu)
- Sit web:Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
X’jagħmel
L-EPSO jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa u proċeduri ta’ selezzjoni biex jirrekluta kandidati għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, bħal:
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Qorti tal-Ġustizzja
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
- Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
- Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- L-Ombudsman Ewropew.
L-EPSO jipproċessa madwar 45,000 applikazzjoni fis-sena għal madwar 800 pożizzjoni permanenti. Barra minn hekk, huwa jimmaniġġja bażi ta' data ta’ aktar minn 70,000 kandidat irreġistrat għal madwar 600 pożizzjoni kuntrattwali fis-sena.
L-EPSO ta’ spiss jaqsam l-aħjar prattika ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NU, in-NATO u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.
Min jibbenefika?
Il-benefiċjarji ewlenin tal-ħidma tal-EPSO huma s-servizzi ta’ reklutaġġ tal-UE, kif ukoll kandidati prospettivi għal pożizzjonijiet fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Huma jibbenefikaw mill-proċeduri ta’ selezzjoni ġusti, trasparenti u effiċjenti tal-EPSO, li jippermettu lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jirreklutaw il-persuna t-tajba għall-impjieg it-tajjeb, fil-ħin opportun.
Huwa aktar effiċjenti u kosteffettiv li jkun hemm uffiċċju wieħed li jirrekluta l-persunal milli kull istituzzjoni, korp u aġenzija tal-UE torganizza il-proċeduri ta’ selezzjoni jew il-kompetizzjonijiet tagħha stess.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
- Isem
- Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
- Sit web
- https://epso.europa.eu/mt
- Numru tat-telefown
- + 32 (0) 2 299 11 11
- Indirizz postali
- 25, Avenue du Cortenbergh, 1000 Bruxelles/Brussel, Belgium
- Media soċjali