Mur għall-kontenut ewlieni
Servizz interistituzzjonali tal-UE

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

European Personnel Selection Office - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jorganizza proċeduri ta’ selezzjoni ta’ kwalità għolja biex jagħżel l-istaff għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.
  • Direttur: Minna Vuorio
  • Stabbilit fi: 2002
  • Numru ta’ staff: 120
  • Post: Brussell (b’membru tal-istaff wieħed fil-Lussemburgu)
  • Sit web: Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

X’jagħmel

L-EPSO jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa u proċeduri ta’ selezzjoni biex jirrekluta kandidati għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, bħal:

  • Il-Parlament Ewropew
  • Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja
  • Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
  • Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
  • Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
  • Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
  • L-Ombudsman Ewropew.

L-EPSO jipproċessa madwar 46,000 applikazzjoni fis-sena għal madwar 1,300 pożizzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE. L-ittestjar isir b’24 lingwa - dan huwa xenarju uniku fid-dinja tas-selezzjoni. Barra minn hekk, huwa jimmaniġġja bażi ta’ data ta’ aktar minn 70,000 kandidat irreġistrat għal madwar 800 pożizzjoni kuntrattwali fis-sena taħt l-Għodda għas-selezzjoni tal-aġent kuntrattwali (CAST).

L-EPSO jaħdem mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-promozzjoni ta’ EU Carrees fil-livell nazzjonali. L-EPSO jimmaniġġja wkoll il-programm Studenti Ambaxxaturi ta’ EU Careers. Barra minn hekk, l-EPSO ta’ spiss jaqsam l-aħjar prattika ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

Min jibbenefika?

Il-benefiċjarji ewlenin tal-ħidma tal-EPSO huma s-servizzi ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE li l-EPSO jaħdem għalihom, kif ukoll kandidati prospettivi għal pożizzjonijiet permanenti u temporanji fis-servizz ċivili tal-UE. Huma jibbenefikaw mill-proċeduri ta’ selezzjoni ġusti, trasparenti u effiċjenti tal-EPSO, li jippermettu lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jirreklutaw il-persuna t-tajba għall-impjieg it-tajjeb, fil-ħin opportun.

Huwa aktar effiċjenti u kosteffettiv li jkun hemm uffiċċju wieħed li jirrekluta l-istaff milli kull istituzzjoni, korp u aġenzija tal-UE torganizza il-proċeduri ta’ selezzjoni jew il-kompetizzjonijiet tagħha stess.

Aktar Informazzjoni

Proċeduri ta’ selezzjoni għal pożizzjonijiet permanenti u temporanji

Impjiegi mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE

Traineeships mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE

Kuntatt

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

Isem
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
Sit web
https://eu-careers.europa.eu/mt/contact-us
Indirizz postali

107, Rue de la Loi
1000 Bruxelles/Brussel
Belgium

Media soċjali