Mur għall-kontenut ewlieni
European Parliament - logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Korp tal-UE elett b’mod dirett b’responsabbiltajiet leġiżlattivi, superviżorji u baġitarji
  • Membri: 705 MPE (Membri tal-Parlament Ewropew)
  • President: Roberta Metsola
  • Stabbilit: fl-1952 bħala l-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fl-1962 bħala Parlament Ewropew, l-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979
  • Post: Strasburgu (Franza), Brussell (il-Belġju), il-Lussemburgu
  • Sit webIl-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew hu l-korp tal-UE fejn jitfasslu l-liġijiet. Hu elett direttament mill-votanti tal-UE kull 5 snin. L-aħħar elezzjonijiet saru f’Mejju 2019.

Elezzjonijiet

L-elezzjonijiet Ewropej saru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju 2019.

Aktar dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019

X’jagħmel il-Parlament?

Il-Parlament għandu tliet rwoli prinċipali:

Rwol leġiżlattiv
  • Jgħaddi l-liġijiet tal-UE, flimkien mal-Kunsill tal-UE, abbażi ta’ proposti mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Jiddeċiedi dwar ftehimiet internazzjonali
  • Jiddeċiedi dwar it-tkabbir
  • Jeżamina mill-ġdid il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u jitlobha biex tipproponi leġiżlazzjoni
Rwol superviżorju
  • Iwettaq skrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE
  • Itella' l-President tal-Kummissjoni u japprova l-Kummissjoni bħala korp wieħed. Hemm il-possibbiltà ta’ votazzjoni ta’ mozzjoni ta’ ċensura, li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tirriżenja
  • Jagħti kwittanza, jiġifieri japprova l-mod li bih jintefqu l-baġits tal-UE
  • Jeżamina l-petizzjonijiet taċ-ċittadini u jwaqqaf l-inkjesti
  • Jiddiskuti l-politika monetarja mal-Bank Ċentrali Ewropew
  • Ipoġġi mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill
  • Iwettaq osservazzjonijiet tal-elezzjonijiet
Rwol baġitarju
  • Jistabbilixxi l-baġit tal-UE, flimkien mal-Kunsill
  • Japprova l-baġit fit-tul tal-UE, il-“Qafas Finanzjarju Pluriennali”

Kompożizzjoni

L-għadd ta’ MPE għal kull pajjiż hu bejn wieħed u ieħor proporzjonali mal-popolazzjoni tiegħu, iżda dan isir permezz ta’ proporzjonalità digressiva: ebda pajjiż ma jista’ jkollu inqas minn 6 jew iżjed minn 96 MPE u l-għadd totali ma jistax jaqbeż is-705 (704 u l-President). Il-MPE huma miġbura skont l-affiljazzjoni politika, u mhux skont in-nazzjonalità.

Il-President jirrappreżenta l-Parlament mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mad-dinja ta' barra u jagħti l-approvazzjoni finali għall-baġit tal-UE.

Kif jaħdem il-Parlament?

Ix-xogħol tal-Parlament huwa maqsum f’żewġ stadji ewlenin:

  • Il-Kumitati - biex jippreparaw il-leġiżlazzjoni.
    Fil-Parlament hemm 20 kumitat u tliet sottokumitati, kull wieħed jittratta ma’ qasam ta’ politika partikolari. Il-kumitati jeżaminaw proposti għal-leġiżlazzjoni, u l-MPE u l-gruppi politiċi jistgħu jressqu emendi jew jipproponu r-rifjut ta’ proposta. Dawn il-kwistjonijiet huma wkoll diskussi fi ħdan il-gruppi politiċi.
  • Is-Sessjonijiet plenarji– biex tgħaddi l-leġiżlazzjoni.
    Dan huwa meta jinġabru l-MPE kollha fil-Kamra biex jagħtu vot finali dwar il-leġiżlazzjoni proposta u l-emendi proposti. Normalment isiru fi Strasburgu għal erbat ijiem fix-xahar, iżda xi drabi jkun hemm sessjonijiet addizzjonali fi Brussell.

Il-Parlament u int

Jekk tixtieq tistaqsi lill-Parlament biex jaġixxi dwar xi kwistjoni, tista’ tibgħat petizzjoni dwarha (jew bil-posta jew online).

Il-petizzjonijiet jistgħu jkopru kwalunkwe suġġett li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-UE.

Biex tressaq petizzjoni, trid tkun ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew tkun resident fl-UE. Kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra jridu jkunu bbażati hawnhekk.

Modi oħra kif tikkuntattja lill-Parlament jinkludu l-kuntatt mal-MPE lokali tiegħek jew mal-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'pajjiżek.

Aċċess għad-dokumenti

Aċċess għall-informazzjoni

Sessjonijiet tal-Parlament

Aġenda tal-President tal-Parlament Ewropew

Aktar informazzjoni

Min hu min

Żur il-Parlament

Is-setgħat u l-proċeduri tal-Parlament Ewropew

Pubblikazzjonijiet

Impjiegi

Kuntatt

Il-Parlament Ewropew

Isem
Il-Parlament Ewropew
Sit web
https://www.europarl.europa.eu/portal/mt
Numru tat-telefown
+32 2 284 21 11
Numru tal-faks
+32 2 284 69 74
Indirizz postali
Rue Wiertz/Wiertzstraat 60, 1047 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali