It-tmiem tal-faqar u l-kisba ta’ żvilupp sostenibbli
Flimkien, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-pajjiżi, huma d-donatur ewlieni fid-dinja tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni. L-UE tipproponi leġiżlazzjoni u politiki għall-promozzjoni ta’ governanza tajba u għall-iżvilupp ekonomiku u tal-bniedem, bħall-ġlieda kontra l-ġuħ u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.
B’reazzjoni għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu flimkien u jipprovdu finanzjament biex jiġu indirizzati dawn il-ħames aspetti tal-iżvilupp sostenibbli:
- Il-bnedmin: It-tmiem tal-faqar u l-ġuħ fil-forom kollha u l-iżgurar tad-dinjità u l-ugwaljanza
- Il-pjaneta: Il-protezzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri mill-qerda ambjentali u t-tnaqqis tar-riżorsi
- Il-prosperità: L-iżgurar ta’ ħajja prospera u sodisfaċenti f’armonija man-natura
- Il-paċi: Il-ħolqien ta’ soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi
- Is-sħubija: L-implimentazzjoni ta’ xogħol ta’ żvilupp permezz ta’ sħubija globali
- L-azzjonijiet tal-UE għal kull settur
L-UE tikkoopera ma’ 150 pajjiż sieħeb fl-Afrika, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Asja u l-Paċifiku, kif ukoll mas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali. Minbarra li tipprovdi għajnuna finanzjarja u tinvolvi ruħha fi djalogi ma’ pajjiżi sħab, l-UE tmexxi wkoll riċerka u evalwazzjoni biex tiżgura li l-għajnuna tintuża b’mod effettiv.